Barranin
Trump jaf jimponi aktar minn €200 Biljun f’tariffi fuq prodotti Ċiniżi

Muniti

Id-Dollaru tbaxxa wara rkupru fil-muniti Ewropej iżda l-investituri qalu li t-tħassib dwar l-impożizzjoni mill-President Trump ta’ aktar tariffi fuq prodotti Ċiniżi jista’ jsaħħaħ lid-Dollaru.

Trump jista’ jimponi aktar minn €200 Biljun ta’ tariffi fuq prodotti Ċiniżi meta jagħlaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika. Dan ikun ifisser żieda sinifikanti fit-tilwima kummerċjali bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja u jsaħħaħ lid-Dollaru li sar assi prinċipali għal investituri li qed ifittxu kenn fit-tilwima.

Il-Ġermanja llum ċaħdet li bidlet il-pożizzjoni tagħha dwar il-Brexit.

L-Ewro kien 0.14% ogħla kontra d-Dollaru għal $1.1645. Il-munita unika żdiedet ukoll b’0.15% kontra d-Dollaru Kanadiż. L-Ewro tbaxxa b’0.21% kontra l-Isterlina; 0.18% kontra l-Yen u 0.24% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej issaħħew minħabba żieda fil-prezzijiet tal-ishma tal-enerġija għalkemm telf ġdid fis-swieq emerġenti u tħassib li Washington ser jimponi t-tariffi fuq iċ-Ċina żammew lill-investituri fuq ix-xwiek.

Il-FTSE 100 tilef 0.25%; l-iSTOXX 50 żdied b’0.22%; id-DAX b’0.17% u l-CAC 40 b’0.33%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.09% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.789% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma ta’ HSBC Bank Malta, Malta Properties Company, Malta International Airport I l-International Hotel Investments żdiedu b’aktar minn 1.00% bl-HSBC ikollu l-akbar żieda ta’ 4.09%.

Sadattant, il-MIDI ma kellhom ebda ċaqliq waqt li l-Bank of Valletta u l-PG tilfu 0.66% u 1.45% rispettivament.

Bonds

Fis-settur tal-bonds kien hemm żieda ta’ aktar minn 1.00% fil-bonds tal-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026, l-International Hotel Investments 2023, il-Corinthia Finance 2026 u t-Tumas Investments 2027 bil-Mediterranean Maritime Hub Finance juru l-akbar żieda ta’ 2.46%.

Il-Premier Capital 2026, l-iStivala Group Finance 2027 u l-Hili Properties 2025 tilfu b’0.18%, 0.71% u 1.06% rispettivament.

Il-prezz taż-żejt għola, imħeġġeġ minn Dollaru dgħajjef u evidenza li hemm domanda qawwija għal fjuwil fl-Istati Uniti, għalkemm il-prospetti għad-domanda baqgħu mċajpra mill-inkwiet fis-swieq emerġenti u tkabbir fit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-Brent żdied b’0.48% għal $77.50 u l-U.S. Light crude b’0.17% għal $68.84.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.63% għal $1,204.71 u l-fidda ma kellha l-ebda tibdil u baqgħet $14.21 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Matul is-sessjoni tal-bieraħ, il-munita unika Ewropea kienet qed tiġi negozjata f’$1.1448. Madankollu, l-Ewro tilef 0.17%. Fl-Istati Uniti, il-fokus huwa fuq l-istatistika tal-kostruzzjoni. Il-permessi tal-bini mistennija li jitjiebu sa 1.26 miljun…

Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Aktar