Barranin
Trump jagħti spinta lit-tamiet ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit

L-ewro tilef kontra d-Dollaru Amerikan wara erbat ijiem infila ta’ żidiet. Il-munita tilfet 0.02% għal $1.1300. L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-Ġermanja żdiedet b’0.4% fi Frar wara tnaqqis ta’0.5% xahar qabel. Fl-Istati Uniti, joħorġu ċ-ċifri dwar il-qgħad li mistenni jiżdied għal 225,000.

L-inflazzjoni fil-Ġermanja tjiebet għal 0.04% iżda kienet inqas mit-tbassir ta’ 0.5%. Għada ż-żona tal-ewro toħroġ iċ-ċifra tal-infazzjoni li hija stmata tkun 1.00% inqas ferm mill-mira ta’ 2.00% tal-Bank Ċentrali Ewropew, li biha l-Bank ikun jista’ jżomm ir-rata ta’ interessi f’0.0%.

Il-President Trump ta spinta lit-tamiet ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit wara l-Brexit meta fi tweet qal li qed iħares ‘il quddiem lejn negozjar ta’ ftehim kummerċjali fuq skala kbira. Huwa qal li l-potenzjal huwa bla limitu minn ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi. L-Istati Uniti u r-Renju Unit diġà qablu li jżommu l-ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku bejniethom wara id-29 ta’ Marzu.

Sadanitant, l-isterlina tilfet iż-żidiet kbar li għamlet matul il-lejla. L-ewro żdied kontra b’0.59% għal 0.8544.

L-ewro żdied 0.35% kontra d-dollaru Awstraljan u 0.08% kontra dak Kanadiż.  Sadattant l-ewro tilef 0.06% kotntra l-Yen u 0.17% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-prezzijiet tal-ishma fl-Istati Uniti ma kenux stabbli hekk kif l-Istati Uniti u ċ-Ċina jidher li pposponew laqgħa importanti dwar il-kummerċ. L-ishma Ewropej baqgħu ogħla waqt li l-isterlina tilfet minħabba il-kwistjoni Brexit.

Il-FTSE 100 żdied b’0.70%; l-iSTOXX 50 tilef 0.01%, id-DAX tilef 0.17% waqt li l-CAC 40 żdied b’0.08%.

Il-Dow Jones wera tnaqqis ta’ 0.11% mal-ftuħ waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.546%.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Mapfre Middlsea żdiedu b’1.75%. Il-Bank of Valletta, il-MaltaPost, il-GO, it-Tigné Mall, il-FIMBank u l-Malita Investments tilfu aktar minn 0.70% bil-Malita jitilfu l-aktar bi kważi 3.37%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2021, l-International Hotel Investments 2026 u l-Hili Finance Company 2028 żdiedu bi 3.44%, b’0.10% u b’0.05% rispettivament.

L-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje), l-Eden Finance 2027, il-Hal Mann Vella Group 2024 u l-Hudson Malta 2026 tilfu aktar minn 0.80% bil-Hudson Malta jitilfu l-aktar 2.34%.

Commodities

Iż-żejt Brent żdied 0.18% għal $67.69 u l-United States Light crude tbaxxa b’0.05% għal $58.24.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.88% għal $1,297.00 waqt li dak talf-idda tilef 1.39% għal $15.24.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar