Barranin
Trump jippreferi ftehim kummerċjali komprensiv maċ-Ċina

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali, naqqsu d-domanda għal assi meqjusa sikuri.

Dan saħħaħ lill-yuan għal kwazi l-ogħla rata kontra d-dollaru f’erba ġimgħat f’kummerċ offshore, waqt li l-ewro baqa’ sod wara varjazzjonijiet ilbieraħ wara d-deċiżjoni sorprendenti mill-Bank Ċentrali Ewropew li jerġa’ jibda x-xiri ta’ bonds tal-gvernijiet minn Novembru biex isostni ekonomija li qed tmajna.

L-ishma fl-Asja żdiedu għall-ogħla livell f’sitt ġimgħat minħabba li l-progress bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-istimulu monetarju aggressiv mill-Bank Ċentrali Ewropew għenu sabiex tikkalma l-biża’ ta’ riċessjoni ekonomika globali.

L-ishma Ewropej kienu lesti isegwu dawk fl-Asja bl-iSTOXX 50 b’żieda ta’ 0.1%, id-DAX b’0.18% u l-FTSE b’0.2%.

L-Istati Uniti lbieraħ laqgħu bil-ferħ ix-xiri mill-ġdid miċ-Ċina ta’ prodotti tal-biedja mill-Istati Uniti waqt li żammew it-theddida ta’ żieda fit-tariffi hekk kif iż-żewġ pajjiżi qed iħejju għal taħditiet biex li jsolvu t-tilwima.

Il-President Trump qal li jippreferi ftehim kummerċjali komprensiv maċ-Ċina iżda ma eskludiex il-possibiltà ta’ ftehim temporanju, anke jekk qal li ftehim “ħafif” mhux ser ikun possibbli.

L-investituri qed jaħsbu li l-ottimiżmu ser ikompli fil-futur qrib għalkemm il-parti l-kbira tal-ekonomiji fi stħarriġ minn Reuters jaħsbu li t-tilwima kummerċjali ser tikber jew tal-anqas tibqa’ l-istess matul is-sena. L-S&P 500 tal-Istati Uniti għalaq qrib l-ogħla livell record b’żieda ta’ 0.29%.

Ilbieraħ, il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta stimulu monetarju akbar milli mistenni u naqqas ir-rati tal-interessi b’0.10 punti perċentwali għal -0.50% (zero punt ħamsa żero taħt iż-żero) b’wegħda lir-rati ser jibqgħu baxxi għal żmien itwal u reġa’ beda x-xiri ta’ bonds tal-Gvern sa 20 biljun ewro kull xahar.

Il-prezzijiet futuri taż-żejt waqgħu llum hekk kif kompla t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku globali u li d-domanda qed tonqos minkejja ħjiel ta’ progress bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Dan wassal biex il-prezzijiet juru tnaqqis f’ġimgħa wara jiem ta’ ċaqliq ‘l hawn u ‘lil hinn.

Il-prezzijiet tad-deheb illum tbaxxew hekk kif kiber is-sentiment ta’ riskju hekk kif sinjali ta’ tnaqqis ta’ tensjoni fit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina biegħedu lill-investituri mid-deheb, waqt li l-palladju tbaxxa xi ftit mil-livell record tas-sessjoni ta’ qabel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Barranin

Muniti  L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet…

Barranin

L-ewro stabilizza ruħu qrib id-$1.09 f’din li hija meqjusa bħala ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej hekk kif jiddibattu l-punti ewlenin ta’ fond ta’ rkupru immirat li jgħin lill-pajjiżi membri. L-Awstrija, in-Netherlands,…

Aktar