Barranin
Trump jisħaq li l-bank ċentrali Amerikan għandu jagħmel aktar biex jgħin jixpruna l-ekonomija

L-Ewro, li waqa’ għall-inqas rata fi 13-il xahar kmieni l-ġimgħa li għaddiet fost tħassib li l-kriżi Torka tolqot ħażin lill-banek Ewropej, żdied illum.

Id-Dollaru tbaxxa llum wara li l-President Donald Trump ikkritika l-kap tal-Federal Reserve wara li dan żied ir-rati tal-interessi.

Trump qal lill-aġenzija Reuters f’intervista ilbieraħ li ma “kienx ferħan” biż-żidiet ta’ Jerome Powell u qal li l-bank ċentrali Amerikan għandu jagħmel aktar sabiex jgħin jixpruna l-ekonomija.

Il-President tal-Istati Uniti rarament jikkritikaw lill-Federal Reserve, li l-indipendenza tiegħu hija meqjusa bħala kruċjali għall-istabbiltà ekonomika, iżda Trump għamel it-tnaqqis tal-iżbilanċ kummerċjali waħda mill-prijoritajiet tiegħu u ż-żieda fir-rati tal-interessi u t-tisħiħ tad-Dollaru jipprovdu riskju għat-tkabbir fl-esportazzjoni.

Indiċi

Il-FTSE 100 inżamm lura minn sterlina aktar b’saħħitha. L-iSTOXX 50, li huwa taħlita ta’ 50 kumpanija ewlenija fiż-żona tal-ewro żdied b’0.73%.

Ishma

Il-Borża ta’ Malta llum reġgħet rat ċaqliq fil-prezzijiet. Il-Bank of Valletta żdiedu b’1.33% għal €1.52. Min-naħa l-oħra, l-International Hotel Investments tbaxxew bi 3.15%.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu ġeneralment pożittivi. L-International Hotel Investments 2023 kellhom żieda ta’ 2.84% segwiti minn Central Business Centres 2025 li żdiedu b’1.43%. Il-Bortex Group Finance 2027 kellhom tnaqqis ta’ 0.47%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu sostnuti minn tamiet ta’ tnaqqis fil-provvisti ladarba s-sanzjonijiet Amerikan kontra l-Irabn jibdew jaħdmu f’Novembru, iżda ż-żieda kienet limitata minħabba tħassib li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser ikollha effett fuq it-tkabbir tad-domanda.

Ix-xiri bil-quddiem tal-Brent kien bit-$72.44 kull barmil, żieda ta’ 3 cents mill-aħħar għeluq tas-suq.

Il-U.S. West Intermediate żdied b’0.78% għal $66.95.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu minħabba Dollaru aktar dgħajjef u estendew iż-żidiet għat-tielet sessjoni wara l-kummenti tal-President Trump dwar iż-żieda fir-rati tal-interessi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Barranin

Id-Dollaru għola ferm kontra grupp ta’ muniti rivali, u tbiegħed mill-inqas livell f’ġimagħtejn fis-sessjoni preċedenti, hekk kif l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni minn tliet banek ċentrali dwar il-politika monetarja. L-Ewro tilfet…

Barranin

L-irkupru tal-Ewro sfuma hekk kif tnaqqis qawwi fis-sentiment tal-investitur għar-riskju baxxa lill-munita unika. Dan warrab is-sentiment pożittiv riċenti lejn id-dejn tal-Gvern Taljan qabel laqgħa tal-bank ċentrali din il-ġimgħa. Ċaċliq usa’…

Barranin

Muniti Id-Dollaru bata biex jibni fuq iż-żidiet tal-ġimgħa li għaddiet waqt li l-investituri marru għal assi riskjużi mmexxija mill-muniti Skandinavi, inkorraġuti minn waqgħa fid-dħul tal-bonds f’pajjiżi periferali fl-Ewropa bħall-Italja. Muniti…

Aktar