Barranin
Wall Street riesaq lejn irkupru bis-saħħa tal-miżuri tal-gvern Amerikan

Muniti

Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi.

L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ tad-dollaru, waqt li l-investituri stennew aħbarijiet dwar il-Prim Ministru Boris Johnson li qed jiġġieled is-sintomi li qed jeħżienu tal-coronavirus fit-taqsima tal-kura intensiva.

L-ewro żdied 0.8% għal $1.0880 biex waqqaf sitt ijiem ta’ telf u d-Dollaru Awstraljan żdied 1.5% għall-ogħla rata f’ġimgħa kontra l-munita Amerikana. Minkejja ż-żieda fl-ewro, il-munita unika ma setgħetx iżżomm il-pass mad-dollaru Awstraljan li kien aktar b’saħħtu.

Indiċi

Wall Street deher li riesaq lejn irkupru qawwi hekk kif l-ewwel sinjali ta’ tnaqqis fil-każi tal-coronavirus fejn laqat l-aktar fl-Istati Uniti qajjem tamiet li l-miżuri tal-lockdown qed jaħdmu.

Is-swieq globali tal-ishma kellhom jum ta’ żidiet qawwija minħabba sinjali ta’ progress kontra l-coronavirus kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti u bl-istimulu jgħin ix-xiri mill-investituri. L-indiċi lokali kellu żieda żgħira.

Ishma

Ishma lokali li kienu negozjati b’bidla fil-prezz kienu l-Lombard Bank Malta li żdiedu b’5% waqt li l-PG avvanzaw 3.68%. Il-GO tilfu 0.53% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 4.48% fil-prezz tat-Trident Estates.

Fir-rigward tal-bonds lokali, dawn kienu aktar attivi iżda kien hemm aktar bonds F’territorju negattiv milli le. Il-bonds tal-International Hotel Investments żdiedu b’3.68% wwaqt li l-Medserv żdiedu ftit aktar minn 2%. L-Eden Bonds 2027 tilfu 2.04%, il-Pendergardens Development tbaxxew qrib it-3%. L-International Hotel Investments 2025 tilfu 4% waqt li l-bonds tal-Mediterranean Holdings tilfu 6.93%

Kien hemm tamiet qawwija li l-akbar produtturi taż-żejt jistgħu jnaqqsu l-produzzjoni sabiex isostnu l-prezzijiet u dan kabbar is-sentiment tas-suq. L-Arabja Sawdija, ir-Russja u l-alleati ser jiftehmu biss li jkabbru t-tnaqqis fil-produzzjoni fil-laqgħa ta’ din il-ġimgħa jekk l-Istati Uniti u produtturi oħra jingħaqdu fit-tnaqqis biex jgħinu l-prezzijiet li ntlaqtu bil-bosta mill-kriżi tal-coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar