Barranin
Waqgħa fis-swieq taż-żejt sfurzat lill-investituri jbiegħu metalli prezzjużi

Muniti

L-ewro llum kien qed jiġi nnegozjat pożittivament kontra xi muniti ewlenin u wera żieda ta’ kważi
1% kontra l-Isterlina, 0.80% kontra d-Dollaru Awstraljan u ftit aktar minn 0.20% kontra d-Dollaru Kanadiż. Kontra l-Frank Żvizzeru, l-ewro ftit kellu moviment. Id-dollaru Amerikan żamm sod kontra l-ewro u l-Yen wera żieda ta’ 0.40% k0ntra l-ewro.

Kien hemm żieda tad-dollaru kontra kważi l-muniti ewlenin kollha hekk kif l-investituri marru għal assi sikuri wara l-waqgħa kbira fil-prezz taż-żejt jum qabel. Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt mhux raffinat Amerikan daħal f’territorju negattiv għall-ewwel darba lbieraħ, wara waqgħa kbira fl-użu tal-fjuwil, minħabba l- coronavirus, ħolqot provvista żejda kbira u nuqqas ta’ kapaċità ta’ ħażna.

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas livell fi kważi ġimagħtejn kontra d-dollaru u l-ewro għax l-
investituri fittxew assi sikuri wara l-kraxx fil-prezzijiet taż-żejt.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum tbaxxew għax id-daqqa doppja minħabba l-waqgħa storika fil-prezz taż-
żejt Amerikan taħt iż-żero u rapporti finanzjarji ħżiena mill-kumpaniji beżżgħet lill-investituri dwar il-ħsara dejjiema għall-ekonomija globali mill-pandemija tal-coronavirus.

Id-Dow Jones kien riesaq lejn tnaqqis kbir mal-ftuħ hekk kif prezzijiet fit-tul taż-żejt Amerikan
bdew jeħżienu minħabba domanda li qed tonqos sewa frott il-pandemija u minħabba li hawn
skarsezza ta’ ħażna għaż-żejt. Il-movimenti xokkanti fiż-żejt qed iqajmu beżgħat dwar il-kobor
tal-ħsara ekonomika tal-lockdowns tal-coronavirus, li min-naħa tagħhom baxxew l-indiċi tad-
Dow Jones bi kważi 600 punt ilbieraħ.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma kienu ġeneralment f’territorju pożittiv bil-Medserv jitilfu 11% u l-Malta Properties Company b’7.56%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-Bank of Valletta b’1.96%, Simonds Farsons Cisk b’4.38%, l-
International Hotel Investments b’5.04%, il-MIDI b’6.84% u l-aħjar li marru kienu l-MaltaPost li
għalqu bil-prezz ta’ €1.20, żieda ta’ 33.33% mqabbla mal-aħħar prezz ta’ għeluq ta’ €0.90 kull
sehem.

L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta wera żieda ta’ 1.33%.

Fil-bonds lokali, il-Hudson Malta 2026 tilfu 2.42% u n-1923 Investments 2024 tbaxxew b’1.94%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments 2026 u l-Premier Capital 2026 li t-tnejn wrew żieda ta’ 1%, il-Phoenicia Finance Company 2023-2028 żdiedu bi ftit aktar minn1%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 avvanzaw bi 2.03% u kien hemm żieda ta’ 3.16%
fid-Dizz Finance 2026.

Il-prezzijiet għal Ġunju tal-prezz ta’ referenza taż-żejt, il-Brent u dak Amerikan tbaxxew sewwa
għall-inqas prezzijiet f’20 sena llum, jum wara li l-prezz bil-quddiem għal Mejju taż-żejt
Amerikan kien negattiv għall-ewwel darba fl-istorja minħabba l-waqgħa kbira fid-domanda
minħabba l-conronavirus.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu aktar minn 1.5% għall-inqas press f’ġimagħtejn illum, waqt li l-palladju tilef 10% minħabba waqgħa fis-swieq taż-żejt wasslet għal paniku fil-bejgħ fl-assi kollha u
sfurzat lill-investituri li jbiegħu l-metalli prezzjużi biex ikopru t-telf tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar