Barranin
Waqt li l-ekonomiji jista’ jkunu mħarbtin bil-pandemija, l-assi ta’ Jeff Bezos jagħmluh l-aktar persuna sinjura fid-dinja

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus fl-Istati Uniti skoraġġixxi xi investituri milli jieħdu riskji eċċessivi.

Il-yuan żamm sod għax l-investituri evitaw impenji kbar minħabba t-tħassib dwar it-tilwim diplomatiku bejn Washington u Beijing dwar il-libertajiet ċivili f’Ħong Kong.

L-ekonomija Amerikana żiedet aktar impjiegi milli kien mistenni matul Ġunju, skont ċifri maħruġa lbieraħ, iżda r-reazzjoni fis-swieq tal-kambju kienet kajmana minħabba li mxija oħra ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus qed thudded li għal darb’oħra twaqqaf l-attività ekonomika.

L-Isterlina ser tissaħħaħ lejn tmiem is-sena jekk ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jilħqu jilħqu ftehim dwar ir-relazzjonijiet kjummerċjali futuri hekk kif jistennew bosta analisti. Iżda Londra u Brussell għadhom ‘il bogħod minn xulxin fin-negozjati, u, skont l-analisti, ir-riskju li r-Renju Unit jibqa’ bla ftehim kummerċjali għadu hemm.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, u tilfu ż-żidiet bikrin, għax iż-żieda fil-każi tal-coronavirus madwar id-dinja u fl-Istati Uniti, l-akbar konsumatur taż-żejt fid-dinja, kabbru l-biża’ li jista’ jieqaf l-irkupru fid-domanda għall-fjuwil.

Riċerka minnhom qalet li s-suq sar wisq fiduċjuż li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kummerċ ser tkabbar d-domanda għaż-żejt mhux raffinat, iżda l-progress tal-pandemija qed jhedded li jħarbat l-irkupru.

L-aħbarijiet mis-swieq finanzjarji din il-ġimgħa wrew li waqt li l-ekonomiji jista’ jkunu li huma mħarbtin,  l-assi ta’ Jeff Bezos huma differenti. Huwa issa jiswa kważi $172 biljun, rekord ġdid għall-aktar persuna sinjura fid-dinja, skond l-indiċi tal-Biljunarji minn Bloomberg. Beżos għandu 12% mill-kumpanija Amazon jew 57 miljun sehem.

In-negozju tal-karozzi elettriċi ta’ Elon Musk jeċċedi l-valur ta’ kull kumpanija fl-S & P 500, inklużi xi kumpaniji Amerikani ikoniċi. Dan jagħmel lil Tesla l-akbar kumpanija tal-karozzi ta’ valur fid-dinja qabel it-Toyota. It-Tesla ukoll għaddiet lill-Coca-Cola, Disney, Cisco, Merck, u Exxon Mobil.

Il-Pulizija u l-prosekuturi rrejdjaw l-uffiċji ġenerali tal-Wirecard, kumpanija ta’ pagament bħala parti minn investigazzjoni dwar frodi relatata mal-iżbilanċ ta’ 2 biljun ewro fil-kontijiet. Uffiċjali minn Munich wettqu tfittxijiet fuq erba’ proprjetajiet oħra in konnessjoni mal-attivitajiet tal-kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Barranin

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru Amerikan waqa’ għall-inqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Federal Reserve biex jillaxka l-politika monetarja…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied mill-anqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif naqset il-pressjoni ta’ bejgħ qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve u hekk kif it-tilwim politiku dwar il-pakkett ta’ rkupru li jmiss fl-Istati uniti…

Aktar