Barranin
X’impatt qed iħalli l-Coronavirus fis-swieq finanzjarji?

Muniti

Id-dollaru Amerikan kompla bil-waqgħa tiegħu kontra l-Yen Ġappuniż u kontra l-frank Żvizzeru hekk kif il-biża’ dwar it-tifrix tal-coronavirus imbotta lill-investituri lejn assi sikuri. L-Isterlina rkuprat wara li l-Bank of England bla mistenni baxxa r-rata tal-interessi ewlenija.

L-Isterlina għal bidu tbaxxiet sa 0.4% kontra d-dollaru u 1.2% kontra l-ewro wara li l-Bank of England baxxa r-rata ewlenija tal-interessi b’50 punt bażi għal 0.25%.

Iżda l-Isterlina rkuprat hekk kif l-mossa – inklużi l-azzjoijiet biex ikun sostnut is—self mill-banek – assigura mill-ġdid xi investituri. L-Isterlina telgħet għal $1.2918, żieda ta’ 39; 0.3% mal-ġurnata.

Kontra l-ewro, l-Isterlina tilfet 0.23% għal 87.61 pence kull ewro.

Indiċi

L-indiċijiet fl-Istati Uniti waqgħu sewwa fil-ftuħ illum għax l-investituri kienu xettiċi dwar il-pjan ta’ stimulu tal-President Trump biex jikkumbatti l-epidemija tal-coronavirus. Id-Dow Jones tilef 3% u l-SP tbaxxa 1.96% waqt li n-Nasdaq tilef 2.49% fil-ftuħ.

L-ishma Ewropej żdiedu għall-ewwel darba f’ħames sessjonijiet, hekk kif ir-Renju Unit sar l-aħħar pajjiż li jnaqqas ir-rati tal-interessi f’pass biex jikkontjeni l-ħsara ekonomika mill-epidemija tal-coronavirus. Il-mossa għenet is-sentiment fil-Ġermanja, Spanja u Franza bil-boroż tagħhom b’żieda wara erbat ijiem ta’ tnaqqis minħabba x-xokk doppju tal-waqgħa fil-prezzijiet taż-żejt u t-tixrid rapidu tal-virus.

Ishma

Fil-qasam lokali, l-ishma tal-GlobalCapital marru l-aħjar b’żieda ta’ 6.5% segwiti mill-Malta International Airport bi 3% u l-BMIT Technologies bi kważi 2%. F’territorju nergattiv kien hemm il-MIDI bi tnaqqis ta’ 9% u l-Mapfre Middlsea tilfu 1%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 l-Ewwel Serje, l-Ewwel Tranche u l-International Hotel Investments 2021 żdiedu bi kwazi 2% waqt li n-1923 Investments 2024 żdiedu qrib il-1%. L-iStivala Group Finance 2029 u l-Pendergardens Development 2022, it-Tieni
Serje, żdiedu 0.5%. It-Tum Finance 2029 u l-International Hotel Investments 2026 tilfu 0.11% u 0.48% rispettivament.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew wara li l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda ħabbru pjani sabiex ikabbru l-produzzjoni u t-tħassib dwar il-coronavirus żiedu l-biża’ dwar id-domanda.

Bil-waqfien tal-ftehim dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni mill-Arabja Sawdija, ir-Russja u oħrajn, il-Ministeru tal-Enerġija Sawdi dderieġa lill-produttur Sawdi, Aramco, biex iżid l-produzzjoni għal 13-il miljun barmil żejt kuljum mit-12-il miljun ta’ bħalissa.

Id-deheb żied 0.7% waqt li l-fidda żdiedet nofs iż-żieda tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf bikri llum hekk kif intensifika l-bejgħ qawwi fl-ishma, u b’hekk issaħħaħ is-sentiment favur id-dollaru bħala assi sikur. Iż-żieda ta’ 9% mid-dollaru fl-aħħar ġimagħtejn intemm nhar…

Aktar