Barranin
Żieda fil-każijiet ta’ coronavirus f’xi pajjiżi timmina t-tamiet ta’ irkupru sod fid-domanda globali għaż-żejt

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas livell tagħha f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif leġiżlazzjoni ġdida mill-Gvern Ingliż dwar il-pjani tiegħu għal wara Brexit kabbret biża’ ta’ żvijjar fit-taħditiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea.

L-Ingilterra llum ħabbret id-dettalji dwar il-pjani għal wara t-tluq mill-Unjoni, u ppublikat leġiżlazzjoni li ministru tal-gvern ammetta li ser tikser il-liġi internazzjonali “b’mod limitat” u li tista’ tħarbat it-taħditiet kummercjali.

L-Isterlina tilfet kważi 2% kontra d-dollaru min-nhar il-Ġimgħa hekk kif il-pajjiż qed ikompli bil-passi għal Brexit mingħajr ftehim, bil-kap tad-dipartiment legali tal-gvern jirriżenja.

Yen aktar b’saħħtu kien ir-riżultat ta’ żieda fit-tħassib fis-swieq finanzjarji wara li l-ishma tat-teknoloġija fl-Istati Uniti intlaqtu minn bejgħ qawwi u kandidat għal vaċċin tal-coronavirus qed jistenna dewmien.

Id-dollaru Amerikan sab ukoll xi sostenn hekk kif it-tnaqqis fis-suq tal-ishma  wassal biex l-investituri jbiegħu muniti aktar riskjużi, waqt li l-biża ta Brexit baxxa lill-Isterlina.

Indiċi

L-ishma Ewropej irpiljaw xi ftit wara tnaqqis qawwi fis-sessjoni ta’ qabel, għalkemm is-sentiment baqa fraġli wara li l-kumpanija AstraZeneca ssospendiet il-provi globali tal-vaċċin kontra l-COVID-19. L-investituri qed iħejju rwieħhom għal laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew għada li tista’ tiddeċiedi xi passi ‘il quddiem.

Analisti mhumiex jistennew xi sorprizi fir-rigward ta’ bidla fir-rati ta’ interessi, iżda ffokaw l-aktar dwar il-prospetti tal-inflazzjoni u l-kummentarju dwar is-saħħa riċenti tal-ewro.

Id-Dow Jones fetaħ ogħla u l-ishma Ewrpew malajr żdiedu qabel l-għeluq. L-indiċijiet fil-Ġappun tbaxxew wara t-tnaqqis qawwi fil-prezz tal-ishma tat-teknoloġija  fl-Istati Uniti, biż-żieda fit-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u tnaqqis fil-prezzijeit taż-żejt ukoll inaqqsu s-sentiment ta’ riskju.

L-indiċi lokali naqas marġinalment

Shares

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta u l-RS2 Software żdiedu b’madwar 1%. L-ishma tal-BMIT Technologies u tal-Plaza kienu negozjati bla movement waqt li l-HSBC Bank Malta tilfu 1.23% u l-Malta International Airport tabbxew bi ftit aktar minn 2%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar pożittivi bil-MIDI jiżdiedu 3%.  Il-Merkanti Holdings u l-SP Finance avvanzaw 1%.  L-IStivala,Tumas u l-Bank of Valletta jiġu nnegozjati b’differenza ta’ 0.5% mis-sessjoni ta’ bit-tnejn ta’ qabej juru żieda u tal-aħħar tnaqqis. L-Istivala 2019 tilfu kważi 1.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kif lura f’xi telf li huma ġarrbu fis-sessjoni ta’ qabel, iżda żieda fil-każi tal-coronavirus f’xi pajjiżi mminat it-tamiet ta’ irkupru sod fid-domanda globali.

Il-Brent żdied 1.03% għal aktar minn $40 il barmil wara li tilef aktar minn 5% ilbierah biex waqa taħt l-$40 għall-ewwel darba minn Ġunju.

Iż-żewġ prezzijiet ewlenin ta’ referenza qed ikunu nnegozjati fl-inqas prezz għal tliet xhur.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa minħabba dollaru sod u hekk kif investituri biegħu d-deheb biex inaqqsu t-telf mill-aħħar bejgħ qawwi fl-ishma, iżda tħassib dwar dewmien fl-iżvilupp tal-vaċċin kontra l-coronavirus illimita t-telf fil-prezz.

Il-fidda tbaxxiet ftit aktar mid-deheb.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar