Barranin
Żieda fil-prezz tal-gass fl-Ewropa tista’ twaqqaf l-irkupru mill-pandemija

Mal-bidu ta’ kwart ġdid tas-sena bosta jistaqsu jekk hux ser ikun hemm direzzjoni ġdida fil-qasam monetarju. Mhux daqshekk malajr: l-ewro żdied mil-inqas livelli kontra d-dollaru, iżda hemm hemm raġunijiet biżżejjed sabiex wieħed jemmen li ż-żieda ser tkun limitata.

Iż-żieda minuri tista’ tiġi attribwita għall-bejgħ tad-dollaru u anke minħabba aspettattivi li ċ-ċifri dwar l-inflazzjoni taż-żona ewro jaqbżu l-estimi. L-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur preliminari għal Settembru mistenni juri żieda annwali ta’ 3.3% f’Awwissu. Dan jista’ jimbotta lill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex inaqqas ix-xiri tiegħu tal-bonds u b’hekk isaħħaħ l-ewro. Mill-bqija kollox jimmarka ‘l isfel.

Waħda mir-raġunijiet ta’ inflazzjoni Ewropea ogħla huwa l-prezz li qed jiżdied tal-gass u dan jista’ jwaqqaf l-irkupru mill-pandemija. L-ispejjeż qed jogħlew qabel ix-xitwa u dan iħalli lill-konsumatruri b’inqas flus fi bwiethom. Iċ-Ċina, li qed issofri wkoll minn problemi tal-enerġija, qed timmira li tevita qtugħ fl-enerġija u ordnat lill-provinċji sabiex akkost ta’ kollox jakkumulaw fjuwils diversi, u dan ikompli jżid mat-tħassib.

Fl-Istati Uniti, il-membri tal-Kungress fl-aħħar minuta evitaw shutdown fid-dipartimenti tal-Gvern, iżda dalwaqt jintlaħaq il-limitu tas-self, potenzjalment f’ġimagħtejn. Wieħed lanqas jaħseb li l-Istati Uniti ma jħallsux xi dejn, iżda s-swieq finanzjarji baqgħu nervużi waqt li r-Repubblikani qed joġġezzjonaw kontra li jikber il-limitu.

Ġlied intern fost id-Demokratiċi qed jolqot ħażin is-sentiment u jagħti saħħa lid-dollaru meqjus bħala munita sigura. L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, kienet sfurzata li tirtira vot fuq l-abbozz dwar l-infrastruttura maqbul bejn iż-żewġ partiti, hekk kif in-naħa progressiva tal-partit tagħha qed jopponuh għax m’għandux il-garanziji dwar leġiżlazzjoni dwar nefqa akbar ta madwar $3.5 Triljun.

L-Isterlina bdiet dan il-kwart taħt pressjoni u kienet qed tkun negozjata għal 1.3450 lira kontra d-dollaru. Il-munita Amerikana hija aktar b’saħħitha, fost żieda fil-prezzijiet tal-enerġija li kkawżat tnaqqis fis-sentiment ta’ riskju. Nuqqasijiet fil-pompi tal-petrol madwar ir-Renju Unit qed ikomplu jippressaw lill-Isterlina.

In-nuqqas tal-petrol fir-Renju Unit qed ikompli jolqot ħażin lill-Isterlina u l-kwistjonijiet dwar Brexit mhumiex jgħinu wkoll. Iżda l-aktar fattur negattiv ġie mill-Istati Uniti, fejn id-Demokratiċi rtiraw vot fuq abbozz ta’ liġi dwar l-infrastruttura fost ġlied bejniethom u waqt li qed toqrob l-iskadenza tat-18 ta’ Ottubru biex jintlaħaq il-limitu tad-dejn. Ftit hemm konsolazzjoni fl-evitar ta’ shutdown tad-dipartimenti tal-Gvern.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew mil-livelli għolja ‘l fuq minn $1,750 wara li laħqu l-ogħla prezz f’ġimgħat fl-Istati Uniti. Il-pressjonijiet ‘l isfel komplew b’interess ġdid fix-xiri tad-dollaru li jagħmel lid-deheb iqum aktar għal dawn b’muniti oħrajn.