Barranin
Żieda fil-prezzijiet tad-deheb hekk kif tbaxxa d-Dollaru

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif żieda fid-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan wriet id-differenza fir-rati tal-interessi bejn l-Istati Uniti u pajjiżi oħrajn.

Iżda, iż-żieda twaqqfet minħabba statistika dgħajfa dwar il-prezzijiet għall-konsumatur li daħħlet dubbji dwar jekk il-Federal Reserve huwiex ser iżid ir-rati tal-interessi erba’ darbiet din is-sena.

Id-Dollaru Kanadiż żdied kontra dak Amerikan hekk kif dan waqa’ u żdiedu l-prezzijiet taż-żejt.

Il-munita Amerikana riesqa lejn ir-raba’ jum konsekuttiv ta’ telf hekk kif reġa’ daħal is-sentiment tar-riskju.

Id-Dollaru Awstraljan żdied għar-raba sessjoni infila u inqata mill-inqas livell fi 11-il xahar tal-ġimgħa li għaddiet.

L-ishma Ewropej illum tbaxxew f’negozju bikri wara perjodu tajjeb ta’ żidiet bin-negozju msaħħaħ bl-ishma tal-IWG tal-Ingilterra u l-EDP tal-Portugall jiżdiedu wara offerti ta’ take-over.

L-Indiċijiet fl-Istati Uniti fetħu ogħla waqt li għalqu pożittivament l-indiċi tal-Borża ta’ Malta u l-indiċi Ġappuniż.

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Medserv, il-Malta Properties Company u l-Bank of Valletta għamlu żidiet qawwija waqt li żieda modesta dehret fl-HSBC u l-MIDI. Ma kien hemm ebda sehem li kien negozjat f’territorju negattiv.

Anke s-sessjoni tal-bonds lokali kienet pożittiva bl-International Hotel Investments, il-Bank of Valletta u l-Bortex kellhom żidiet tajbin. Il-GAP tilfu kwazi 1%.

L-ishma taż-żejt kienu l-agħar li marru hekk kif waqgħu l-prezzijiet taż-żejt mill-ogħla livelli għal bosta snin minħabba żieda qawwija fit-tħaffir mill-Istati Uniti u reżistenza fl-Ewropa u l-Asja għas-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran.

Il-prezzijiet issodaw qrib l-ogħla prezzijiet fi tliet snin u nofs minħabba r-reistenza tal-Ewropa u l-Ażja għas-sanzjonijiet waqt li dehru sinjali ta’ produzzjoni akbar fil-Baħar tat-Tramuntana.

Kien hemm żieda fil-prezzijiet tad-deheb illum hekk kif tbaxxa d-Dollaru bl-inflazzjoni turi l-prospett ta’ anqas żidiet fir-rati tal-interessi din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs kontra grupp ta’ muniti wara li statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni wasslet biex l-investituri jnaqqsu xi ftit it-tamiet ta’ żidiet aktar mgħaġġla…

Aktar