Barranin
Żieda fis-swieq finanzjarji Ewropej hekk kif l-Italja mistennija tillaxka l-miżuri

Muniti

Id-dollaru u l-yen baqgħu b’saħħithom fin-negozju bikri f’Londra wara li l-prezzijiet taż-żejt irkupraw min waqgħa oħra, u dan żamm qawwija d-domanda għal muniti sikuri anke jekk is-swieq bdew jistabilizzaw rwieħhom.

Id-dollaru ma għamel ebda moviment kontra grupp ta’ muniti komparabbli, b’żieda s’issa ta’ 0.5% għal din il-ġimgħa hekk kif l-investituri fittxew is-sigurtà fost it-taqlib tas-swieq. Il-yen żamm iż-żidiet tiegħu tal-aħħar ġimgħa kontra d-dollaru, b’żieda ta’ 0.2%. Il-yen żdied 0.1% kontra l-ewro.

L-ewro baqa’ mwaħħal f’firxa qabel laqgħa tal-Unjoni Ewropea għada biex tkun diskussa l-għajnuna finanzjarja fiż-żona tal-ewro. L-ewro kien $1.0864 kontra d-dollaru.

L-Isterlina rkuprat llum, hekk kif xi investituri xtraw lura l-munita li kienet tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimagħtejn fil-jum ta’ qabel matul ġirja lejn assi finanzjarji sikuri wara l-kraxx tal-prezzijiet taż-żejt. L-isterlina xorta għadha ‘il fuq mill-livelli baxxi ta’ nofs Marzu, iżda analisti qalu li l-korrelazzjoni tagħha mal-ishma u assi riskjużi oħrajn, jirrendiha riskjuża. L-aħħar rata wriet żieda ta’ 0.6% kontra d-diollaru għal $1.2373 u żieda ta’ 0.36% kontra l-ewro għal 0.8803 pence.

Indiċi

Kien hemm żieda fis-swieq finanzjarji Ewropej hekk kif l-Italja mistennija li tillaxka l-miżuri stretti li kienet daħħlet kontra l-Coronavirus, bl-investituri jibqgħu kawti dwar irkupru ta’malajr hekk kif aktar kumpaniji ħarġu rapporti finanzjarji ta’ tħassib.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti kienu qed jippuntaw lejn irkupru għad-Dow Jones. Tħassib dwar il-waqgħa bla preċedent fil-prezzijiet taż-żejt laqtuħażin ukoll lid-Dow Jones ukoll ilbieraħ, u telfu aktar minn 1,200 punt din il-ġimgħa.

Shares

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma ta’ Lombard Bank Malta kienu l-uniku fin-negattiv wara li tilfu 4.76%. Il-BMIT technologies, il-Bank of Valletta, u l-RS2 Software kollha kienu negozjati bla moviment.

F’territorju pożittiv kien hemm l-HSBC Bank Malta bi 2.04%, il-Malta International Airport bi 3.41% u l-MIDI mar l-aħjar b’żieda ta’ 9.36%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, is-6PM Holdings għalqu bi tnaqqis ta’ 5.91%. L-iStivala Group Finance 2027 1%.

TUM Finance 2029 zdiedu b’0.91%, it-Tumas Investments 2027 żdiedu 1%, il-Mercury Projects Finance 2027 għalqu b’avvanz ta’ 1.02%, it-Tumas Investments 2024 żdiedu b’1.49% u l-United Finance 2023 żdiedu bi 3.03%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt Brent llum żdied b’aktar minn 10% wara li waqa’ taħt is-$16 kull barmil għall-inqas livell mill-1999, sostnut minn tnaqqis voluntarju fil-produzzjoni kif ukoll l-prospetti ta’ produzzjoni furzata biex titnaqqas sewwa l-provvista żejda fis-suq minħabba l-koronavrisu.

Dan ix-xahar, l-OPEC u l-alleati qablu dwar tnaqqis fil-produzzjoni ġdid iżda il-miżuri globali biex inaqqsu it-tifrix tal-virus komplew ibaxxu sewwa d-domanda. Il-waqgħa fil-prezz hija mistennija li twassal għal tnaqqis fil-produzzjoni kemm miħabba raġunijiet ekonomiċi kkif ukoll kwistjoni ta’ ħażna.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-waqgħa storika fil-prezzijiet taż-żejt kabbret l-biża’ ta’ riċessjoni globali, bil-parti l-kbira tal-pajjiżi magħluqin biex jillimitaw il-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar