Barranin
Żieda iktar milli mistenni fl-ordnijiet minn fabbriki Ġermaniżi

L-ordnijiet mill-fabbriki Ġermaniżi matul Jannar żdiedu aktar milli kienu mistennija u dan juri li s-settur tal-manifattura fl-akbar ekonomija Ewropea bdiet l-2021 fuq nota pożittiva.

Skont l-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Federali tal-Istatistika, il-kuntratti għall-prodotti Ġermanizi żdiedu b’1.4% fuq ix-xahar li għadda kontra ż-0.7% li kienet mistennija. Fuq bażi annwali l-ordnijiet żdiedu bi 2.5% kontra 6.1% fix-xahar ta’ qabel u s-6.4% imbassra.

Il-bonds fuq id-dollaru u l-Borża taċ-Ċina

Iċ-Ċermen tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti, Jerome Powell qal li l-mossa fis-suq tal-bonds ġibdet l-attenzjoni tiegħu iżda tenna li l-bank qiegħed iħares lejn firxa usa ta’ kundizzjonijiet finanzjarji u jidher li ser iħalli d-dħul mill-bonds ikompli jiżdied. Id-dħul għola wara r-rimarki ta’ Powell, u fuq quddiem kien hemm il-bonds għal 10 snin li laħqu l-ogħla livell minn Frar 2020 waqr li assi riskjużi ħadu daqqa.

Id-dollaru, imkejjel mill-Indiċi tad-Dollaru, estenda r-ritmu ‘l fuq u qed iqarreb lejn il-limiti ta’ 92.00. L-indiċi avvanza għat-tielet sessjoni infila u gradwalment qed jersaq lejn dan il-limitu importanti, dejjem minħabba x-xiri ta’ aktar bonds tal-Istati Uniti.

Id-dollaru Awstraljan kompla jitlef kontra dak Amerikan u laħaq l-inqas livelli minn kmieni Frar, u bħalissa tilef 0.37% għal $0.7698 kmieni llum. Il-barometru tar-riskju jinjora l-aħħar sinjal pożittiv miċ-Ċina, li tistenna rata ta’ espansjoni ta’ 6% minn New Zealand waqt li tirrispetta s-saħħa usa tad-dollaru Amerikan fost tnaqqis fl-S & P 500 Futures u kompla bl-irkupru tal-bonds ta’ 10 snin.

L-indiċi tal-Borża taċ-Ċina, is-CSI 300, tbaxxa aktar minn 10% mill-ogħla livell ta’ Frar u jidher li ser jidħol f’korrezzjoni teknika bl-investituri mħassba dwar iż-żieda fid-dħul mill-bonds u it-tnaqqis fil-likwidità.  Nhar it-Tlieta li għadda, ir-regulatur bankarju ewlieni taċ-Ċina appella għall-tnaqqis fil-ħruġ tal-bonds fost ir-riskju li qed jikber dwar assi madwar id-dinja u fis-settur tal-proprjetà domestiku.

Iż-żejt u d-deheb

L-OPEC u l-alleati qablu li jestendi l-maġġoranza tat-tnaqqis fil-produzzjoni matul April. Il-mossa sorprendenti ġiet waqt li l-West Texas Intermediate laħaq prezz ogħla minn $65 u ekonomisti fl-ANZ Bank qed ibassru li l-brent ser jogħla għal $70 f’terminu qasir.

Id-deheb ġab lurat-telf li kellu fis-suq Ażjatiku meta tbaxxa għall-inqas livell f’disa’ xhur sabiex qiegħed qrib l-ogħla livell tal-ġurnata, madwar $1,700. Id-deheb dam fil-perjodu moderat u ra xi bejgħ matul l-ewwel parti tas-sessjoni illum. Xi żieda fid-dħul mill-bonds kienet waħda mill-fatturi li tefgħu prerssjoni fuq il-metall prezzjuż, għalkemm  kondizzjonijiet ta’ bejgħ bla bżonn illimitaw aktar telf.