Żieda kbira fil-prezz tad-deheb

Muniti

L-ewro tbaxxa għal $1.1543 fis-sessjoni Ewropea u qabel il-ħruġ taċ-ċifra tal-inflazzjoni fl-Istati Uniti u wara estenda t-telf.

Id-dollaru żamm is-saħħa fuq il-kambju barranin, mgħejjun minn żieda fid-dħul mill-bonds Amerikani u prezzijiet dgħajfa tal-ishma globali.

Il-Ġermanja ppublikat iċ-ċifri tal-inflazzjoni għal Ottubru biċ-ċifra annwali taqbel mal-estimi preċedenti ta’ 4.5% minn sena għal sena.

Min-naħa l-oħra, skont il-Bureau of Labour Statistics, l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur fl-Istati Uniti żdied għal 6.2% minn sena għal sena matul Ottubru minn 5.4% f’Settembru.

Fl-istess ħin, il-persuni qegħda fil-ġimgħa li ntemmet nhar il-Ġimgħa tbaxwew għal 267,000 aħjar mt-tbassir.

Id-dollaru aċċellera l-avvanz tiegħu wara li ċ-ċifri tal-inflazzjoni qajjmu spekulazzjoni li l-Federal Reserve se jkollu jissikka aktar il-politika monetarja tiegħu appoġġat ukoll minn titjib fis-settur tal-impjiegi.

Indiċi

Tnaqqis kbir fil-prezz tal-ishma tal-kumpanija Tesla, li timmanifatura karozzi elettriċi, għamel possibli l-akbar waqgħa fl-ishma.

Facebook kellu telf kbir kif kellhom kumpaniji kbar tat-teknoloġija bħal Apple iżda ma jidhirx li qatt kien hemm telf kbir f’jum daqs dan tal-lum.

Wieħed jammetti li dan huwa dovut minħabba l-valutazzjoni enormi ta’ Tesla u allura t-tnaqqis ta’ 11% jidher kbir f’numri reali. Waqt li tnaqqis ta’ 11% huwa kbir f’termini perċentwali, kien hemm uħud agħar.

Iċ-ċifri tal-inflazzjoni u l-ispekulazzjoni dwar issikkar fil-politikka moentarja laqtu ħażin lis-sentiment dwar l-ishma u l-indiċijiet Amerikani kollha fetħu fin-negattiv.

Id-Dow Jones, sa siegħa u nofs wara l-l-ftuh kien tilef 0.15%. L-indiċijiet Ewropej tbaxxew ukoll kif kien it-Topix tal-Ġappun.

Il-FTSE 100 kien ogħla mmexxi mis-settur tad-divertiment u l-midja. L-indiċi lokali żdied b’1%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu kollha f’territorju pożittiv.

Il-BMIT Technologies avvanzaw b’5.53% segwiti minn Mapfre u l-Go, li t-tnejn żdiedu b’aktar minn 3%.

Il-Malta International Airpport u l-PG żdiedu aktar minn 1.5% waqt li l-Maltapost żdiedu bi kważi 1%.

Bonds

Is-sitwazzjoni fil-bonds lokali kienet ġeneralment negattiva bit-telf ivarja minn 0.5% sa 2.3%.

Ix-Shoreline ntlaqtu l-anqas b’telf ta’ nofs punt perċentwali.

Il-GO nbidlu bl-istess marġni iżda f’territorju pożittiv.

B’telf akbar mix-Shoreline kienu l-Eden Finance, l-International Hotgel Investments, l-SD Finance u l-Von der Heyden b’tal-aħħar tilfu 2.3%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz tad-deheb illum żdied bil-kbir kmieni fis-sessjoni Amerikani u laħaq l-$1,847 kull uqija, l-ogħla minn Ġunju.

Id-deheb jidher li qed jattira l-investituri bħala garanzija kontra żieda fl-inflazzjoni wara li ċ-ċifra tal-inflazzjoni fl-Istati Uniti telgħet il fuq minn 6% f’Ottubru.

Dan it-tagħrif kien miġjub minn BNF Bank.