Barranin, Lokali
Żieda ta’ 3.5% fl-Isterlina għall-ogħla livell minn Ġunju 2016

Muniti Kontra l-Ewro

Id-Dollaru Amerikan żdied hekk kif l-investituri ddeċidew li l-inqas rata fi tliet snin ta’ dan l-aħħar tista’ timmarka punt ta’ bidla fost tħassib li qed jikber dwar l-atteġjament Amerikan dwar il-kummerċ dinji.

L-investituri rrimarkaw ukoll dwar id-differenza li qed tikber bejn ir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti u l-bonds Ewropej u Brittanniċi, li qed jappoġġjaw għal żmien qasir lid-dollaru.

L-Isterlina għal ftit telgħet ‘il fuq minn $1.40 illum, u b’hekk estendiet l-irkupru li fih l-ottimiżmu li qed jikber dwar l-ekonomija tar-Renju Unit u d-dgħjufija dejjiema tad-dollaru warrbu t-tħassib dwar it-termini tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Bosta investituri qed jaħsbu wkoll li r-Renju Unit jista’ jikseb ftehim favorevoli ma’ Brussell dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, u b’hekk jitwarrab ostaklu li żamm lura l-irkupru tal-Isterlina.

Mill-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru, l-investituri kkawżaw żieda ta’ 3.5% fl-Isterlina għall-ogħla livell minn Ġunju 2016 meta r-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Id-dollaru Kanadiż iddgħajjef kontra dak Amerikan iżda żamm f’firxa dejqa hekk kif l-investituri vvalutaw il-prospetti għall-kummerċ dinji u t-taħditiet biex ikun negozjat mill-ġdid il-ftehim NAFTA.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej żdiedu wara li s-senaturi Amerikani qablu dwar ftehim li temm l-għeluq tad-dipartimenti tal-Gvern.

L-S&P U d-Dow Jones fetħu bi ftit li xejn żieda hekk kif il-mossa tal-President Trump li jimponi tariffi iebsin fuq l-importazzjoni qanqlet biża’ dwar il-possibilità ta’ ritaljazzjoni.

Id-DAX żdied bi kważi 1% waqt li l-indiċi lokali kellu telf minuri.

Ishma Lokali

Il-Malta International Airport u l-GO żdiedu b’0.85% u 0.56% rispettivament. L-RS2 Software u l-Fimbank tilef kważi 1.5% kull wieħed.

Bonds Lokali

Il-Mediterranean Investments Holdings 2021 wrew titjib b’żieda ta’ 1.49% waqt li n-1923 Investments 2024 żdiedu b’0.95%.

Il-Bank of Valletta 2030 (l-Ewwel Serje) tilfu 0.75%.

Prodotti Essenzjali

Xi ditti taż-żejt u djar tan-negozju finanzjarju qalu li l-irkupru li wassal il-prezzijiet taż-żejt ‘il fuq minn $70 kull barmil f’Jannar għall-ewwel darba fi tliet snin jista’ jkompli minħabba tnaqqis fil-produzzjoni mill-Veneżwela u s-sentiment mill-fondi għall-prodotti essenzjali.

Il-prezzijeit tad-deheb żdiedu għax id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata fi tliet snin, iżda tmiem l-għeluq tad-dipartiment illimita ż-żidiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Barranin

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs kontra grupp ta’ muniti wara li statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni wasslet biex l-investituri jnaqqsu xi ftit it-tamiet ta’ żidiet aktar mgħaġġla…

Aktar