Barranin
Żvolta tajba fit-taħditiet kummerċjali ssaħħaħ l-ishma Ewropej

Muniti

L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata fi tliet ijiem hekk kif l-investituri qed jistennew il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew li huma ser jistudjaw għal aktar ħjiel dwar il-pass tan-normalizzazzjoni tal-politika monetarja.

Il-pjani eżistenti għall-issikkar gradwali monetarju fix-xhur li ġejjin u s-sena d-dieħla mistennija li jibqgħu hemmhekk. L-attenzjoni għalhekk iddur fuq jekk il-Bank Ċentrali Ewropew jelaborax dwar kif ser juża l-fidi mix-xiri tal-bonds tiegħu wara l-għeluq skedat għall-politika ta’ illaxkar monetarju sa tmiem din is-sena. Il-munita unika tbaxxiet b’0.04% kontra d-Dollaru għal $1.1723.

L-Ewro żdied b’0.03% kontra l-Isterlina u naqset 0.14% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej issaħħew wara żvolta tajba fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti, li tat spinta ‘l quddiem lill-ishma tal-kumpaniji tal-karozzi hekk kif is-swieq studjaw ukoll numru ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpaniji.

Id-DAX wera żieda ta’ 1.32%, l-iSTOXX 50, 0.73% u l-CAC 40, 0.36%. Il-FTSE 100 tilef 0.03%.

Id-Dow Jones fetah 0.64% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.068% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Lokalment l-ishma kellhom xi ċaqliq illum bil-Malita Investments, Simonds Farsons Cisk u HSBC Bank Malta jiżdiedu b’aktar minn 0.50%, bil-Malita Investments juru żieda ta’ 1.72% għal €0.885. Sadattant il-Bank of Valletta u l-Medserv tilfu aktar  minn 0.20% għal €1.72 u €1.13 rispettivament.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2028, il-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje), is-Central Business Centres 2027, u l-SD Finance 2027 żdiedu b’aktar minn 0.30% bil-Hili Properties jiżdiedu l-aktar, bi 2.99% għal €102.99.

Sadattant il-Premier Capital 2026, l-International Hotel Investments 2026 u l-Medserv 2026 tilfu aktar minn 0.40%.

Fil-qasam taż-żejt, il-Brent tilef 0.36% għal $74.13 waqt li l-U.S. Light crude tilef 0.07% għal $69.25.

Il-prezz tad-deheb niżel b’0.22% waqt li dak tal-fidda tilef 0.41%.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Barranin

Id-Dollaru għola ferm kontra grupp ta’ muniti rivali, u tbiegħed mill-inqas livell f’ġimagħtejn fis-sessjoni preċedenti, hekk kif l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni minn tliet banek ċentrali dwar il-politika monetarja. L-Ewro tilfet…

Aktar