Attivita'
11-il banda f’mass band biex ifakkru il-125 anniversarju tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri

L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, għall-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 anniversarju mit-twaqqif tal-banda, ħa torganizza The Red’s MassedBand.

Din l-attività hija l-ewwel waħda tax-xorti tagħha f’pajjiżna, fejn fiha ser jiparteċipaw 11-il banda u ser jindaqqu marċi brijuzi minn kull banda.  Il-Mass Band tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tal-Banda tagħna Mro. Archibald Mizzi.

Din l-attività ser issir nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju 2018 fis-7.30 ta’ filgħaxija ġewwa Pjazza San Frangisk Ħal Qormi. Ser jintwerew ukoll siltiet tal-briju tal-festa ta’ kull banda li ser tiparteċipa. Ikun hemm ikel, xorb u divertiment. Kull min hu dilettant tal-festi u marċi brijużi m’għandux jitlef din l-attivita’.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tal-11-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju, issa jmiss lil…

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta’ Settembru, sitt produzzjonijiet qosra ser ikunu qed jitellgħu ġewwa Bormla fl-ewwel edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival. Dawn is-sitt plays, ta’ 20 minuta…

Attivita'

Hekk kif is-sajf issa daħal f’laqwa tiegħu, mhux b’inqas l’għadd kbir ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul dan l-istaġun. Għawdex f’dan iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu, b’għadd kbir ta’ Maltin u…

Attivita'

Heritage Malta qiegħda tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sigur u trankwill bejn is-Sibt 11…

Aktar