Attivita'
13-il student b’wirja ta’ fotografija u animazzjoni fl-Università

Id-Dipartiment tal-Arti Diġitali tal-Fakultà tal-Media and Knowledge Sciences, fl-Università ta’ Malta, jistieden lill-pubbliku għal NU, wirja mtellgħa minn grupp ta’ tlettax-il student u studenta fl-aħħar sena tal-BFA Hons in Digital Arts (Baċċelerat fl-Arti Diġitali). Din il-wirja ta’ arti hija parti mill-proġett tal-istudenti tal-aħħar sena, u ser tittella’ fl-istudio tal-Fakultà.

L-isem NU huwa meħud mit-13-il ittra tal-alfabet Grieg, li jirrappreżenta n-numru ta’ parteċipanti.

NU tinkorpora numru ta’ proġetti li jvarjaw minn fotografija u illustrazzjoni, għal animazzjoni u arti kunċettwali. Apparti dan, l-istudenti jridu jieħdu ħsieb il-‘branding’, id-disinn, il-PR u l-‘marketing’ tax-xogħolijiet tagħhom, fuq livell kemm personali kif ukoll kollettiv.

Dan kollu ser jintwera fil-ftuħ tal-wirja NU fil-25 ta’ Mejju 2018 fis-7.30 ta’ filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden. Waqt li l-istudenti ser juru xogħolhom ser ikunu wkoll lesti jiddiskutu l-proġetti tagħhom. Il-wirja ser tibqa’ miftuħa sat-8 ta’ Ġunju 2018 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

Il-kors li huwa fuq tliet snin jinkludi studju ta’ natura prattika kif ukoll teoretika f’diversi tekniki tradizzjonali u kontemporanji fil-kuntest tal-llum.

Il-kors jipprepara l-istudenti fil-ħsieb kreattiv li bih ikunu kapaċi jsolvu diversi problemi bl-użu tal-arti u d-disinn. L-għan prinċipali huwa li l-istudenti jitgħallmu kif ikunu professjonali fil-qasam tal-arti diġitali, fid-disinn grafiku u fl-animazzjoni. L-illustrazzjoni u l-fotografija huma ukoll prominenti fiż-żewġt oqsma tal-kors. F’dawn it-tliet snin, l-istudenti jitgħallmu dwar ir-riċerka, il-kollaborazzjoni, u l-ħolqien ta’ kontentut f’kuntest artistiku sabiex jesperimentaw b’tekniki u suġġetti diversi.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fuq l-ixkafef tal-libreriji tagħna nsibu kotba t’awturi minuri qoxra ma’ qoxra ma’ kotba ta’ ġganti letterarji. Tul kors ta’ sentejn sħaħ, l-istudenti tad-Diploma fil-Letteratura Maltija stħarrġu għadd t’awturi sabiex jixħtu dwal…

Attivita'

Għada Ħal Qormi se jibqa’ mqajjem għal-Lejl f’Casal Fornaro. L-avveniment jippromwovi l-kultura, tradizzjoni u folklor Malti. L-attività tiffoka l-aktar fuq it-tradizzjoni tal-ħobża Maltija. Bl-attivitajiet jimirħu f’diversi toroq ta’ Ħal Qormi,…

Wirja

Se titnieda l-Maltex Philatelic Exhibition and Collectors’ Fair, wirja li se tiġbor fiha fost l-oħrajn kollezzjonijiet ta’ oġġetti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minbarra li se jkun hemm għall-wiri fliexken tradizzjonali…

Attivita'

Malta Feline Guardians Club (MFGC) se ttella’ xow tal-qtates bejn is-27 u t-28 t’Ottubru f’Montekristo. Dawk kollha li jħobbu l-qtates huma mħeġġa biex jattendu u jipparteċipaw biċ-ċans li jirbħu l-premju…

Aktar