Attivitajiet Kulturali
15-il ġurnata ta’ mużika Barokka f’14-il lokalità differenti

14-il-lokalità madwar Malta se jqattgħu 15-il ġurnata ta’ mużika waqt is-sitt edizzjoni tal-Valletta International Baroque Festival.

Il-festival li se jsir bejn it-13 u s-27 ta’ Jannar se jitella’ mit-Teatru Manoel.

Bħas-snin ta’ qabel, fil-festival se jieħdu sehem numru ta’ artisti magħrufa fix-xena tal-mużika Barokka Internazzjonali. Il-leġġenda Mahan Esfahani se jirritorna din is-sena biex ipaxxi lil kulħadd bil-mużika sabiħa tiegħu fuq il Harpscord, flimkien ma’ La Folia Barockorchester. Daqstant poplari huma il-Ghislieri Choir and Consort, li din is-sena, se jkunu qed jieħdu sehem f’żewg kunċerti.

Għall-ewwel darba, il-Festival se joħroġ ‘il  barra mill-Belt u jmur f’diversi lokalitajiet li għandhom rabta mal-istil ta’ mużika li tkun qed tigi esegwita. Dawn jinkludu il-Katidral Metropolitan tal-Imdina u l-Aula Capitulare, il-Palazz Verdala, u il-Mużew Marittimu fil-Birgu.

Il-Festival jiftaħ fit-13 ta’ Jannar fit-Teatru Manoel b’wieħed mill-iktar xogħolijiet magħrufa ta’ Vivaldi:  The Four Seasons, bil-vjolinista Shunske Sato u Concerto Koln li se jkunu qed jagħtu prestazzjoni oħra l-għada fil-kunċert Bach and Italy, ukoll fit-Teatru Manoel.

Artitsti oħra ta’ fama internazzjonali li se jagħtu sehemhom fil-Festival jinkludu lil Concerto Romano, Scholars and Gentlemen, Collegium Orpheus, Het Collctief u Abchordis Ensemble.

Bħas-snin ta’ qabel, u bil-permess ġentili  tal-Kapitlu Metropolitan tal-Mdina, il-Festival se jinkludi Mużika mill-Arkivji tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina,  interpretata mill-Valletta International Baroque Ensemble  fil-21.  Nhar it-23 ta’ Jannar, Collegium Orpheus, immexxija min Jean Marc Labylle, se jtellgħu  Messa Due Cori,  miktuba mill-qassis Malti  Benigno Zerafa.

Kunċert ieħor li m’għandux jintilef huwa il-Monteverdi Vespers mill-Valletta International  Baroque Ensemble, u Cantar Lontano, taħt id-direzzjoni ta’Marci Mencoboni. Dan se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun fil-25 ta’ Jannar .

Aktar artisti lokali li se jieħdu sehem jinkludu lill- kitarrista Simon Schembri, kif ukoll Sandro Zerafa u l-ħbieb fejn mużika Barokka  ser tiġi mħallta mal-ġeneru tal-Jazz.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, immexxija  minn Riccardo Bianchi, se twasslilna mużika mill-isbaħ ta’ Grieg, Tansmann, Gravina u Villa-Lobos.

Nhar il-Ħadd, 14 ta Jannar, l-Istudio Theatre se jkun miftuħ għall-famija kollha għall-Baroque Treasure Hunt, filwaqt li fil-21 ta’ Jannar se jkun qed jittlella’ Barque Jazz for Children.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar