X

16-il kanzunetta se jipparteċipaw fil-Festival L-Għanja tal-Poplu

16-il kanzunetta se jieħdu sehem fi 42 edizzjoni tal-Festival L-Għanja tal-Poplu.

Dawn il-kanzunetti ġew magħżula minn fost 137 u se jkunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun komposta minn 40 mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.

Il-ġurija magħżula minn fost il-pubbliku u oħra esperta se tkun qed tagħżel il-kanzunetta rebbieħa tat-42 edizzjoni tal-Festival L-Għanja tal-Poplu.

L-Għanja tal-Poplu se jittella’ nhar is-Sibt, l-1 ta’ Settembru 2018 fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt.

Il-preżentaturi ta’ dan il-festival ser ikunu Kim Dalli u Owen Bonnici. Fit-tieni parti tal-festival, Mro Paul Abela ser jesigwixxi siltiet mis-suċċessi tal-karriera mużikali tiegħu.  Il-biljetti għal dan il-festival jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt u hemm prezzijiet speċjali ta’ €10 sal-10 t’Awissu.

Din hija l-ordni ta’ kif se jiġu interpretati l-kanzunetti finalisti:

1 – Għaliex Tlaqt?  –  Ruth Portelli (Ryan Caruana, Mark Scicluna)
2 – Min Aħna?  –  Cain (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
3 – Nistenniek  –  Charlene (Corazón Mizzi)
4 – Allura  –  Philip Vella (Joe Chircop, Philip Vella)
5 – L-Immigrant  –  Alan Casha (Alan Casha u Andrew Vella)
6 – Fjuri tal-Karti  –  Krista Spiteri Lucas (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
7 – L-Aħħar Żifna  –  Mark Cachia (Kantawtur)
8 – Pawlu l-Babaw  –  Neville Refalo (Corazón Mizzi u Neville Refalo)
9 – Anamika –  Monica Said (Monica Said, Conrad Dimech u Michael Camilleri)
10 – Mhux Kif Ħsibt  –  Dwett (Giovann Attard, Pamela Bezzina u Alex Debono)
11 – Din l-Art Ħelwa –  Dominic u Ina (Joe Julian Farrugia, Andrew Zahra)
12 – Mhux Kulma Jleqq Deheb  –  Michela Galea (Emil Calleja Bayliss, Renato Briffa)
13 – Ħadd Ma Jaf Xi Jrid  –  JAMM Band (Kantawturi)
14 – Bis-Serqa  –  Rita Pace (Kantawtriċi)
15 – Wegħdni  –  Lydon Incorvaja (Rita Pace, Glen Vella)
16 – Fi Lsien in-Nies  –  Dario u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss u Dario Bezzina, Dario Bezzina)

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.