Mużika
16-il żagħżugħ u żagħżugħa se jieħdu sehem fl-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ

Tnieda l-Festival L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ li se jagħti spazju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-16-il sena jesprimu x-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.

Dawn huma l-parteċipanti għall-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ:  Charisse Ann Vassallo, Martina Galea Loffreda,Thea Aquilina,  Ilenia Camilleri, Rachel Lowell,  Aidan Jay Drakard, Kira CopperstoneEmma CutajarThea Gauci, Bradley Debono, Elisa Muscat, Eliana Gomez Blanco, Luana Schembri, Nathan Psaila, Riona Degiorgio u Jahel Cardona.

F’laqgħa fil-Palazz Verdala fil-Buskett, il-finalisti ta’ dan il-festival ġew indirizzati miċ-chairperson tal-Għanja tal-Poplu is-sur Carmelo Schembri u mill-kap tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu, is-sur Michael Bondin.  Huma ħabbru li l-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta’ 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra . Barra minn hekk il-festival ser jkun qed jilqa’ kantanti mistednin barranin.

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ ser jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kulleġġ San Benedittu u filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel. Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt . Għar-repreżentazzjoni ta’ filgħodu, il-booking isir mill-Kulleġġ San Benedittu, tel: 25984400  jew e-mail:  [email protected] .

Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il  mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.

Din hi l-ordni ta’ kif ser ikantaw iż-żgħażagħ:

 

Kanzunetta Kantant/a/i
1 Kliem Eliana Gomez Blanco
2 Manikin Luana Schembri
3 Ħmistax Thea Gauci
4 Triq Oħra Ilenia Camilleri
5 Sib Ħin Elisa Muscat
6 Bla Isem Bla Kunjom Bradley Debono
7 Skont id-Daqqa ż-Żifna Kira Copperstone
8 Il-Ħolma Riona Degiorgio
9 Ta’ Rasi Emma Cutajar
10 Weġibni Ma Jahel Cardona
11 Li Tiżra’ Taħsad Rachel Lowell
12 Il-Verita Charisse Ann Vassallo
13 Kieku Nista’ Thea Aquilina
14 Stennejtek Nathan Psaila
15 Għerf il-Baħar Thea Gauci
16 Ma Nafx Għala Martina Galea Loffreda
17 Dwell Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard
Aħbarijiet Oħra
Mużika

Malta International Organ Festival, this year being in its fifth edition, will be held from the 15th November till 7th December.  The festival is made up of 16 concerts in…

Mużika

The Gozo Youth Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Mro. Joseph Grech b’kollaborazzjoni ma’ 7SPP u Festival Malta, għal darb’oħra qed ittella’ kunċert spettakolari Rock f’Dar tal-Mediterran għal Konferenzi fil-Belt Valletta. Il-kunċert…

Mużika

Il-Banda Ċittadina Leone (A.D. 1863), taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Colin Attard, se tippreżenta t-68 edizzjoni tal-kunċert mużikali annwali ‘Leone Band in Concert’ li jittella’ sabiex jikkommemora l-Proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta. L-ewwel…

Mużika

Teatru Unplugged is a unique event consisting of 5 short acts of diverse musical genres.  Founded by Jonathan Shaw and Nirvana Azzopardi in 1998, Teatru Unplugged is Malta’s longest annual standing…

Aktar