Wirja
200 kelb minn 56 razza fil-wirja tar-Rebbiegħa

Il-Malta Canine Society ser torganizza il-wirja tar-Rebbiegħa fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal-Kirkop. Is-sur Robin Newhouse, judge Internazzjonali mill-Ingilterra, ser jiggudika l- klieb f’din il- wirja.

200 kelb minn 56 razza differenti ser jikkompetu f’din il-wirja li ser tiftaħ is- Sibt 7 t’ April 2018 fl- 3.00pm, bil-klassi tal- Junior Handlers, li hija kompetizzjoni miftuħa għal tfal bejn l-10 u 17 il- sena. Il-parteċipant bl-akbar numru ta’ punti fl-aħħar tas-sena jirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni Internazzjonali tal-Junior Handlers li ssir waqt l-akbar Dog Show tad- Dinja, Crufts, li ssir f’ Marzu gewwa Birmingham. Is- Sibt jiġu ġġudikati wkoll dawk ir-razez li jaqgħu taħt il-kategorija tal-Gundogs u Toys.

Il-Ħadd 8 t’ April 2018 il-wirja tiftaħ fid- 9.00am bir-razez tat-Hounds u Utility. Il- wirja tieqaf fin-12.30pm u tkompli waranofsinhar fit- 3.00pm bir-razez tal-Working u Terriers, u ssir il-finali fejn ir-rebbieħa kollha tal-gruppi jikkompetu għat-titlu tal-Best In Show.

Il- Malta Canine Society hija affiljata mal-Maltese National Canine Federation li hija responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ħruġ tal- pedigrees tal-klieb.

Dawk kollha li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntatjaw lill-klabb li jkun miftuħ kull nhar t’ Erbgha bejn is- 7.30pm u d-9.00pm, fuq tel.: 21234916 jew email [email protected], jew iżuru il-website uffiċjali tal-Għaqda : www.maltacaninesociety.org

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba, s-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser torganizza Wirja b’differenza. Din il-Wirja ser tinkludi diversi oġġetti li jirriflettu propju…

Kultura, Wirja

Nhar il-Ħadd, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt se jkun miftuħ b’xejn għall-pubbliku. Dan il-mużew jinsab fil-Berġa ta’ Provenza u jospita artefatti ta’ żmien il-perjodu Neolitiku sal-perjodu tal-Feniċi.  Fost dawk esebiti hemm…

Wirja

Il-Big Friends Guggen Musik din is-sena qed torganizza wirja sagra fiċ-ċentru mużikali tagħha l-Furjana flimkien mal-Għaqda tat-Twaqqif tal-Ewkaristija. Il-wirja hi wkoll taħt il-patroċinju tal-Valletta 18. Iż-żewġ għaqdiet qed jaħdmu flimkien…

Aktar