Mużika
3 ġimgħat ta’ mużika waqt l-APS Summer Festival fil-Port il-Kbir

Jitnieda l-APS Summer Festival li se jittella’ bejn is-26 ta’ Ġunju u t-18 ta’ Lulju 2020 u se jkun qed jospita numru ta’ attivitajiet kulturali u ta’ divertiment fil-Valletta Waterfront, bil-għan li jqarreb ix-xena artistika Maltija lejn il-komunità f’ċelebrazzjoni tas-sajf.

Il-festival li għandu l-appoġġ finanzjarju tal-Bank APS u ko-produċut mill-Valletta Cruise Port plc (VCP) u mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO) se jsir fuq barra, fl-isfond tal-fortifikazzjonijiet storiċi u tal-Port il-Kbir, u l-post huwa adattat ukoll għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ avvenimenti pubbliċi wara l-pandemija.

Dan il-festival se jkun qed jaderixxi mar-regolamenti attwali tas-saħħa u tas-sigurtà u ser jipprovdi kombinazzjoni artistika u kulturali diversa u jinkludi ġeneri differenti ta’ mużika, minn klassika għal rock sa jazz, kummiedja, żfin, poeżija u arti viżwali.

Uħud mill-aqwa artisti bħal Red Electrick, Nadine Axisa, Studio 18 u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jitħalltu mat-talent lokali emerġenti u l-Malta Youth Orchestra, kif ukoll se jkun hemm ċinema fil-beraħ f’xi ljieli.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li minn dan il-proġett ser igawdu l-artisti li se jkollhom post fejn jistgħu juru t-talent tagħhom lin-nies u fl-istess waqt se jgħin l-ekonomija tal-pajjiż.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MPO, Sigmund Mifsud, qal li l-orkestra, flimkien mal-VCP, ħadet din l-inizjattiva biex torganizza dan il-festival waqt il-pandemija tal-COVID-19 biex tippromwovi l-mużika klassika.

Id-Deputat Kap Eżekuttiv u Chief Marketing Officer tal-MTA, Carlo Micallef, qal li l-Awtorità flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu jsostnu dawn l-avvenimenti u jgħinu biex jiġu reklamati kemm f’Malta kif ukoll barra għat-turisti li se jiġu f’Lulju.

L-Uffiċjal Kap għall-Istrateġija fl-APS Bank, Hervé Delpech qal, li dejjem xtaqu joffru lill-pubbliku l-opportunità li jattendi avvenimenti artistiċi ta’ kwalità bil-mod kif imdorrijin igawdu l-iljieli tas-sajf tagħna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-VCP u COO tal-Global Ports Holding Stephen Xuereb qal li huma kburin li qed jikkoproduċu u jospitaw dan il-festival. Bħala firmatarju tal-UNWTO Global Code of Ethics for Tourism, Valletta Cruise Port plc jsegwu sett ta’ prinċipji ddisinjati biex jappoġġaw il-komunitajiet lokali.

Għall-iskeda sħiħa ta’ avvenimenti u għal bookings tistgħu żżuru s-sit www.embassycinemas.com/aps-summer-festival/

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Festivals Malta, flimkien mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali niedew verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival. Sabiex jiġi ċċelebrat it-30 anniversarju, il-festival ser jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live ġo Misraħ il-Ħelsien u fit-taraġ…

Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Aktar