Attivita'
30,000 xemgħa se jixegħlu ċ-Ċittadella f’Lejl Imkebbes

B’aktar minn 30,000 xemgħa ta’ kull daqs u għamla, it-toroq dojoq taċ-Ċittadella mistennijja jieħdu bixra oħra, f’attivita unika, u oriġinali li għandha tkompli tgħati glorja lill-belt medjevali ta’ Għawdex.

Numru ta’ artisiti ser ikunu qiegħdin iħejju disinji fix-xemgħa u esebiti oħrajn sabiex jikkumplimentaw is-sbuħija taċ-Ċittadella u l-veduti spettakolari li toffri l-gżira Għawdxija.

Iċ-Ċittadella ser tieħu l-ħajja b’attività kontinwa u bla waqfien mis-6pm sa nofs il-lejl, b’esebizzjonijiet artisitċi, inizjattivi storiċi, dħul b’xejn għall-mużewijiet kollha fiċ-Ċittadella, divertiment u attivitajiet għat-tfal.

Fis-6pm ser jibdew sensiela ta’ kunċerti minn artisti lokali u internazzjonali mill-artisti Franċiżi Cherif Mbaw, Klinsmann Coleiro, The Busker u l-big band popolari DCapitals. Jikkumplimentaw il-veduta eċċezzjonali minn fuq is-sur ta’ San Mikiel ser ikun hemm mużika Jazz minn Jasmine u Hot Club of Valletta.  Fi Pjazza Katidral il-Kor Nazzjonali tat-Tfal ser ikun qed jagħti rappreżentazzjonijiet żgħar minn ħin għal ieħor.

L-ikel ma jonqosx, b’numru ta’ bankarelli li ser ikunu qiegħdin joffru ikel Malti, Mediterranju u partikolarment Indjan, b’għażla wiesa’ ta’ platti għall-familja kollha. Gruppi ta’ reenactments ser ikunu qiegħdin iduru madwar it-toroq taċ-Ċittadella sabiex joħolqu atmosfera unika u jbiddlu t-toroq f’rakkont ta’ storja ħajja.

Il-mużewijiet kollha fiċ-Ċittadella, inkluż ċ-Ċentru tal-Viżitaturi, il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Ħabs l-Antik, il-Ħażna tal-Muniżjon, il-Fosos u x-xelters tat-Tieni Gwerra Dinija ser ikunu miftuħa għall-pubbliku b’xejn matul l-attività.

Lejl Imkebbes ser isir fis-Sibt 16 ta’ Marżu mis-6pm ‘il quddiem. Id-dħul huwa b’xejn għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Attivita'

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem ta’ Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri,…

Attivita'

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib. L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u…

Aktar