Reliġjon

50 sena anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja parrokkjali ta’ M’Xlokk

Il-knisja Parrokkjali ta’ marsaxlokk ser tagħlaq 50 sena kkonsagrata fis-17 ta’ Settembru 2017.
Kien għalhekk li din is-sena Mons. Arċisqof għoġbu jgħolli d-dinjita tal-Knisja għal Santwarju Marjan – post ta’ pellegrinaġġ li fih, in-nisrani jiltaqa’ m’Alla bl-interċessjoni t’ommna Marija.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, ser ikun hemm kunċert mużikali bit-titlu: Quinquagesimo, kelma li tfisser il-ħamsin.
Is-surmast direttur tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei, is-Sur Etienne Spiteri ser jidderiġi l-banda f’akkademja mużikali li teħodna lura fiż-żmien biex tirrakuntalna l-ġrajjiet li waslu għal dan l-avveniment storiku tax-Xatt Xlukkajr.
Kullħadd hu mistieden