Wirja
‘Il fuq minn 70 presepju għall-wiri f’Birkirkara

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed torganizza, għas-16-il sena konsekuttiva, il-Wirja Annwali tal-Presepji, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara.

F’din il-Wirja ser ikun hemm esebiti ‘l fuq minn 70 presepju ta’ kull daqs u għamla, kif ukoll Bambini, kwadri bis-smid ikkulurit, dekorazzjonijiet u oġġetti oħra relatati mal-Milied. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-oġġetti għall-wiri huma magħmulin bl-idejn mill-esebituri nfushom.

Barra minn hekk, ser ikun hemm esebiti wkoll xi presepji, Bambini u kwadri antiki li ser ikunu qed jintwerew fil-pubbliku għall-ewwel darba f’din il-Wirja.

Matul il-ġranet tal-Wirja, ser isir ukoll bejgħ ta’ ponsjetti, pjanti, dekorazzjonijiet u ħelu tradizzjonali tal-Milied. Ikun hemm ukoll bar/kafetterija fejn wieħed jista’ jieħu xi ħaġa mal-familja jew ħbieb f’atmosfera festiva.

Il-Wirja tkun miftuħa min-nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru (Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni) u tibqa’ tiftaħ sal-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu kuljum mid-9am sa 12pm u mill-4pm sat-8pm. Id-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas.

Aktar dettalji dwar din il-Wirja, kif ukoll dwar l-Għaqda Wirjiet jistgħu jinkisbu minn fuq il-poster uffiċjali tal-Wirja, mis-sit elettroniku wirjasgh.webs.com, jew inkella mill-paġna tal-Għaqda fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Ħal Safi, fi tmiem dil-ġimgħa, Heritage Malta qed tippreżenta l-esebizzjoni ‘Core and Periphery: Mdina and Safi in the 9th and 10th centuries’ fil-bini tal-Kunsill Lokali…

Wirja

Maħsub biex iservi bħala sors ta’ ispirazzjoni fix-xena tal-arti lokali, il-mużew il-ġdid tal-arti ta’ Heritage Malta, MUŻA, qed jistieden lill-pubbliku għall-ewwel laqgħa mal-Arti Moderna u Kontemporanja permezz ta’ taħdita li…

Wirja

Bħala parti mill-introduzzjoni għat-tibdil fis-sistema’ edukattiva li se tibda f’Settembru 2019, il-Mede qed ittella’ diversi wirjiet bit-titlu ta’ L-Alternattiv mhux Inferjuri. F’ Settembru 2019 se naraw l-introduzzjoni tal-My Journey fejn…

Wirja

Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ għall-pubbliku bla ħlas. L-esebiti ġewwa dan il-mużew ikopru żmien twil li jibda mill-Perjodu Neolitiku (5,200 QK) u…

Aktar