Attivita'
Il-Karnival Spontanju Għaxqi

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi.

Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.

Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament wara l-attività tkompli bis-sehem ta’ numru ta’ maskarati lebsin maskli u kostumi spontanji.

Ikun imiss il-Karnival tat-Tnejn u t-Tlieta.  Ħal Għaxaq huwa l-unika lokalità f’Malta li fih jiġi organizzat il-Karnival Spontanju. Dan il-Karnival ilu jsir għal numru twil ta’ snin.  Ma nafux eżatt meta beda iżda nafu li għandu żgur il’ fuq minn 150 sena li probabbilment jagħmlu l-eqdem wieħed fil-gżejjer Maltin.  Il-Karnival tal-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta jibda mit-8.00pm ‘il quddiem.

Waqt dan il-Karnival issib kull tip ta’ maskarat u karru imma s-sabiħ tiegħu tibqa’ l-arti u l-ispontanjetà.  Minbarra li diversi persuni jilbsu xi ħaġa milli jsibu oħrajn ikunu ilhom ġimgħat jippreparaw biex joħolqu maskli uniċi magħmula mill-kartapesta, mill-ixkora jew minn xi oġġetti oħra.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar