Attivitajiet Kulturali
80 reffiegħ se jerfgħu l-vara tal-Grazzja f’Ħadd in-Nies

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna se jmexxi l-pellegrinaġġ annwali ta’ Ħadd in-Nies, f’Ħaż-Żabbar, nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar, 2018, fl-4.15pm.

Il-pellegrinaġġ se jkun akkumpanjat bil-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja.

Snin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta’ snin qabel l-istess Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta fl-1530 A.D. Meta wara l-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann beda jiġi ċċelebrat il-karnival, ħafna pellegrini kienu ħaduha drawwa jżuru s-Santwarju, l-Erbgħa, Ras ir-Randan bħala tpattija ta’ atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival.

Diversi nies immorru s-Santwarju biex jagħmlu u jonoraw il-wegħdi li jkunu għamlu u jitolbu l-barka ta’ Alla. Ftit, ftit, minn Ras ir-Randan dawn il-pellegrinaġġi bdew jiġu organiżżati fl-ewwel ħadd tar-Randan. Fis-seklu 17, din il-ġurnata spiċċat aktar tixbaħ festi bħall-imnarja u San Girgor, sakemm madwar 80 sena ilu il-motiv oriġinali ta’ penitenza ġie mġedded bl-użu ta’karrijiet u karettuni li juru l-istorja u d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja.

Riċentement, il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies reġa’ ħa l-forma oriġinali fejn l-attenzjoni prinċipali tkun li l-pellegrinaġġ isir bħala sinjal ta’ penitenza u ringrazzjament lil Alla permezz ta’ Ommu Marija.

Il-pellegrinaġġ tat-18 ta’ Frar ser ikun immexxi minn Mons. Arċisqof user ikun akkumpanjat bil-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja flimkien mal-kappillani, il-kleru, reliġjużi, rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili, għaqdiet tal-parroċċa u bosta pellegrini.

Minbarra numru kbir ta’ devoti li jakkumpanjkaw il-pellegrinaġġ, karatteristika unika hija l-ammont ta’ reffiegħa li jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ. Din is-sena ser ikun hemm madwar 80 reffiegħ. Ezatt wara li il-pellegrinaġġ jidħol lura fis-santwarju, Mons. Arċisqof imexxi konċelebrazzjoni fis-Santwarju bilparteċipazzjoni tal-kor Notre Dame. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u jħoss il-veru spirtu tar-Randan.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Aktar