Arti
Anzjani mħeġġa jattendu għal Stejjer fil-Mużew

Mit-Tlieta 26 sal-Ġimgħa 29 ta’ Novembru, Heritage Malta qed tistieden lill-anzjani biex jattendu fil-Mużew tal-Arti, MUŻA, sabiex jipparteċipaw f’attività interessanti li ddur mal-istejjer tal-kwadri u mal-ġrajjiet tal-parteċipanti.

Spiċċa ż-żmien meta l-viżitaturi kienu mistennija josservaw l-esebiti tal-mużew fi skiet perfett. Illum, il-viżitaturi qed jiġu mħeġġa biex jinvolvu ruħhom fil-mużewijiet ħalli jifhmu aħjar dwar il-valur ta’ dan il-wirt kulturali kollettiv. L-attivitajiet jiġu organizzati biex iqajjmu diskussjoni, biex iqanqlu kurżità u saħansitra biex iwasslu għal riflessjoni personali. Min-naħa l-oħra, l-ispazji tal-mużew qed jiġu użati biex isir skambju ta’ stejjer kemm tal-passat u kif ukoll tal-preżent.

L-attività ‘Stories at the Museum’ għandha l-għan li tispira lill-parteċipanti permezz ta’ żewġ biċċiet tal-arti speċifiċi li kapaċi joħolqu konverżazzjoni. Għall-ewwel se ssir eżaminazzjoni ta’ dawn il-pitturi biex il-parteċipanti jiskopru l-ġrajjiet li hemm miġbura fihom. Imbagħad, il-parteċipanti se jiġu mħeġġa biex jiftakru xi episodji li għexu huma stess ħalli jaqsmuhom mal-oħrajn. B’hekk, il-mużew ser iservi biex jagħti vuċi lill-udjenza tiegħu.

Din l-attività se tiġi segwita b’waqfa għall-kafè u bi żjara fil-mużew li se tiffoka fuq il-ġrajjiet li jkunu ġew diskussi.

Prezz: €3 kull persuna.

Ħin: mid-9.30am sa nofsinhar

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta jew online.

Għal aktar tagħrif, ċemplu fuq 2395 4360 jew żuru www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Arti

Bħala Mużew Nazzjonali tal-Arti u tal-komunità, MUŻA regolarment joħloq attivitajiet differenti li jwasslu għarfien ġdid filwaqt li joħolqu interess fil-viżitaturi ġodda. Nhar is-Sibt, 1 t’Awwissu, Heritage Malta qiegħda tistieden studenti…

Arti

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru, Heritage Malta se tkun qed tilqa’ t-tnedija tal-katalgu tal-esebizzjoni ‘Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud’ fil-mużew tal-arti MUŻA. Fl-2018, xogħlijiet ewlenin u…

Arti

The Friends of the Manoel in collaboration with St John’s Co-Cathedral Foundation are organising a talk on Caravaggio by Fr Marius Zerafa O.P. Fr Marius Zerafa O.P. was Curator of…

Aktar