Attivitajiet Kulturali
ARA: Il-programm t’attivitajiet tal-Karnival għal din is-sena

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta.

Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt li t-tradizzjonijiet jinżammu ħajjin u mġedda, partikolarment ir-ritorn tas-satira, aspett fundamentali għall-Karnival Malti storiku.

Il-festival, li huwa organizzat minn Festivals Malta, jiġbor il-komunità flimkien, b’parteċipazzjoni mhux diskriminatorja ta’ dilettanti ta’ etajiet differenti u sfondi soċjali.

Il-Karnival Malti huwa wieħed mill-iktar karnivali uniċi tad-dinja fejn ċelebrazzjoni ta’ karrijiet artistiċi, żfin u kostumi elaborati huma minsuġin mal-grottesk u mas-satir, u jagħmlu l-ġeneru esklussivament ‘Karnivalesk Malti’.

L-attivitajiet jibdew mill-1 ta’ Marzu u se jkunu kkonċentrati fil-Belt Valletta.  Din is-sena se jsiru bosta attivitajiet ġodda fil-programm tas-Sibt, fosthom sfilata tal-kostumi u żfin fi Pjazza Tritoni segwiti bil-Gran Ballu.

Il-programm sħiħ tal-attivitajiet tal-Karnival tistgħu ssibuh hawnhekk – https://www.karnivaltamalta.org/programme?lang=mt.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, se jkun qed isir l-ispettaklu tad-Diamonds of Fire. Dan l-avveniment se jkun qed jittella’ f’Bormla, is-Sibt, 7 ta’ Diċembru…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid flimkien mal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola reġgħu ngħaqdu biex jippreżentaw edizzjoni oħra tal-attività festiva “F’Casal Paola fi Pjazza Antoine De Paule – Lejla…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Aktar