Wirja
ARA: Wirja ta’ karozzi fiż-Żejtun b’risq l-Alive Charity Foundation for Cancer

Il-Kummissjoni Nar Soċjetà Mużikali Beland ser tkun qed torganizza The Beland Motor Show għat-tielet sena konsekuttiva bejn is-27 u 28 ta’ Lulju. Fis-27 ta’ Lulju l-wirja ser tkun qed titella’ filgħaxija.

Ser ikunu qed jieħdu sehem iktar minn 25 trakk fost oħrajn fejn wieħed ser ikun jista’ jammira numru ta’ vetturi tat-tip Honda, BMW, Dragsters, Classic Ford u ħafna oħrajn.

Fis-sentejn li għaddew, id-donazzjonijiet li nġabru marru għal Dar Nazareth u l-ALS. Din is-sena, id-donazzjoni li tinġabar fl-entratura ser tkun qed tiġi ppreżentata lil Alive Charity Foundation for Cancer.

Waqt din l-attività ser ikun hemm post fejn wieħed ikun jista’ jiekol u jixrob.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna Facebook hawn

 

Aħbarijiet Oħra
Wirja

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza…

Wirja

Għada, 8 ta’ Lulju 2019, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Pjazza Mifsud Bonnici, Marsaskala, ser jittella’ kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija. Se ssir ukoll wirja mill-Precision Drill Team u mis-Sezzjoni tal-Klieb, flimkien ma’…

Wirja

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tassigura li l-elementi tal-wirt kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, qed tiġi organizzata żjara speċjali ġewwa l-MUŻA minn Heritage Malta u l-Aġenzija Sapport, nhar l-Erbgħa 10…

Wirja

Il-Gozo Philatelic Society irranġat wirja ġdida fil-vetrina li għandha fil-livell -1 tal-ĦAĠAR (Pjazza San Ġorġ – Victoria), magħmula minn assortiment ta’ eżempji “Vittorjani” filateliċi u numismatiċi. Ġiet ippreparata biex tfakkar…

Aktar