Wirja
Arkivju bix-xogħlijiet tal-Professur Joseph Vella f’Il-Ħaġar t’Għawdex

Diversi okkażjonijiet speċjali qegħdin jiġu preparati għal din is-sena mill-anniversarju minn meta nfetaħ il-mużew ‘Il-Ħaġar’ fit-23 ta’ Frar 2013.

Ta’ prominenza hi żgur l-inawgurazzjoni tal-Arkivju bix-xogħlijiet kollha tal-Professur Joseph Vella: mużika, dokumenti u materjal ieħor. Il-programm mis-6.30pm jinkludi l-kant tal-Cantilena, flimkien ma’ konferenza bl-Ingliż dwar l-eqdem poeżija Maltija.

Lejliet – fl-istess ħin – tinfetaħ wirja dwaru, wara kunċert qasir fuq square piano (predeċessur tal-pjanu li nafu) u ħin mal-kompożitur stess.

Il-Ħadd 25 ta’ Frar se ssir Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u Ikla Ta’ Ċenċ.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Bħala parti mill-introduzzjoni għat-tibdil fis-sistema’ edukattiva li se tibda f’Settembru 2019, il-Mede qed ittella’ diversi wirjiet bit-titlu ta’ L-Alternattiv mhux Inferjuri. F’ Settembru 2019 se naraw l-introduzzjoni tal-My Journey fejn…

Wirja

Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ għall-pubbliku bla ħlas. L-esebiti ġewwa dan il-mużew ikopru żmien twil li jibda mill-Perjodu Neolitiku (5,200 QK) u…

Wirja

Dan iż-żmien tal-Milied, aktar minn żmien ieħor fost is-sena, ifakkar lil bosta fit-tradizzjonijiet ta’ tfulitna.  Fost l-oħrajn il-purċissjoni bil-bambin, il-ġulbiena, u l-presepji differenti bil-ġebel tal-gagazza jew bil-kartapesta. Dawn it-tradizzjonijiet tilfu…

Wirja

Samson is a Maltese national of Ethiopian origin best known as an actor, magician, musician and entertainer. His latest discovery is that of painting. Samson has been living in Malta…

Aktar