Attivita'
Armar u diversi attivitajiet waqt Milied f’Casal Paola

F’Raħal Ġdid il-Milied huwa ċċelebrat b’tiżjin u armar fit-toroq, fil-każini kif ukoll fid-djar u l-attività ‘Milied f’Casal Paola’ tkun il-qofol ta’ dan kollu b’attività festiva li se ssir propju fil-pjazza tar-raħal u numru ta’ toroq oħra prinċipali fil-madwar.

Il-ħdax-il edizzjoni ta’ ‘Milied f’Casal Paola 2018’ ser issir għada l-Ħamis 13 ta’ Diċembru. L-attività qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali Paola flimkien mas-Soċjetà De Paule bil-kollaborazzjoni  u s-sehem ta’ diversi għaqdiet u gruppi mil-lokal ta’ Raħal Ġdid. L-attivitajiet jibdew mis-2pm ‘l quddiem.

Din l attività mifruxa fil pjazza ta’ Raħal Ġdid ser tbiddel din il pjazza f’atmosfera ta’ villaġġ tal-Milied. F’din l-attività se jkun hemm baned, wirjiet, kant, żfin, ħwienet miftuħa sa tard bil-lejl u attrazzjoni ħelwa għat-tfal hekk kif fis-6.30pm jasal il-Christmas Father fejn ser jinżel mal-faċċata tal-Knisja Parrokjali sabiex jiġbor l-ittri tat-tfal u jqassam il-ħelu.

Dawk kollha li għada jagħmlu  x-xirjiet tagħhom mill-ħwienet ta’ Raħal Ġdid ser jidħlu fiċ-ċans ukoll li fi tmiem is-serata jirbħu jew €200 jew €150 jew €100 f’cash.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Attivita'

Il-festa popolari u tradizzjonali tal-Imnarja hija spiss assoċċjata ma’ lejl taħt il-kwiekeb fil-Ġonna tal-Buskett. Din id-darba, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistiednek tqatta’ l-lejl tal-festa ta’ San…

Attivita'

Biex issaħħaħ il-mod pożittiv li bih qed tintlaqa’ l-esebizzjoni ‘Behind Closed Doors: Fort St Angelo & the Royal Navy 1906-1979’, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-avveniment ‘Memory Box’ li se…

Aktar