Attivita'
Avveniment tal-BlockFinance jiffoka fuq is-Security Token Offerings

FinanceMalta se torganizza l-aħħar avveniment tagħha tal-BlockFinance għall-2019 u fih se tagħti ħarsa mill-qrib lejn is-Security Token Offerings (STOs).

Organizzat b’kollaborazjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Blockchain u sponsorjat minn Gonzi & Associates, Advocates, dan il-breakfast session se jsir fis-26 ta’ Novembru mit-8am sa nofsinhar fil-Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard.

Il-kelliema jinkludu lil David Gonzi, Imsieħeb ta’ Gonzi & Associates, Advocates; Hagen Weiss, Konsulent Għoli ta’ BaFin; Nathan Fenech mill-MFSA; Malcolm Falzon, Imsieħeb ta’ Camilleri Preziosi Advocates; Omar Zerafa, Avukat minn Zerafa Advocates; Jonathan Galea, Direttur Maniġerjali ta’ Blockchain Advisory; Lorraine Vella, Deputat Kap tat-Taqsima tat-Titoli u s-Superviżjoni tas-Swieq fl-MFSA; Andre Zerafa, Imsieħeb ta’ GANADO Advocates; Davide Benaglia, Direttur tas-Sħubijiet Strateġiċi f’Korporatio Inc., u Patrick L. Young, Chairman tal-Blockchain Malta Association.

L-STO huwa proċess simili għall-Initial Coin Offering (ICO) u bih l-investituri jibdlu l-flus f’muniti, jew f’tokens, li jirrappreżentaw l-investiment tagħhom. Madankollu, bil-kontra tal-ICOs, l-STOs imorru pass lil hinn u jqassmu dawn it-tokens li jaqgħu taħt l-istatus ta’ titoli. Dawn huma marbutin ma’ assi ta’ investiment bħall-istocks, il-bonds, it-trusts tal-propjetà (real estate investment trusts – REIT) u fondi oħra.

Dan l-avveniment tal-BlockFinance se jkopri diversi suġġetti u se jinkludi sessjonijiet ta’ għarfien fuq l-STOs u fuq il-ġejjieni tal-investiment permezz ta’ mudelli ġodda ta’ negozji tat-tokens, l-element tal-konformità tal-STOs, u l-opportunitajiet, l-isfidi u s-soluzzjonijiet fl-adottar tal-STOs.

Fost l-oħrajn, se tiġi dikussa wkoll il-konsultazzjoni mnedija mill-MFSA u r-reazzjonijiet li daħlu fuq l-STOs, u l-passi li jmiss. Preżentazzjoni ewlenija f’dan l-avveniment se tiffoka fuq il-vantaġġi li ġġib it-teknoloġija tal-blockchain applikata għall-Governanza Korporattiva lill-kumpaniji f’Malta, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtomazzjoni tax-xogħol, id-dokumenti u l-validità ta’ azzjonijiet li jorbtu legalment.

“Din is-sena, FinanceMalta diġà organizzat żewġ avvenimenti tal-BlockFinance f’Malta. Fl-ewwel wieħed ġiet diskussa l-applikazzjoni tat-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (DLT), u fl-ieħor l-isfidi li jġib miegħu il-ħasil tal-flus relatat ma’ dawn it-teknoloġiji innovattivi. Issa, fl-avveniment li jmiss, se niddiskutu l-STOs u l-aspetti varji ta’ dawn l-għodod ta’ investiment,” qal Ivan Grech, l-Uffiċjal Ewlieni tal-Operat ta’ FinanceMalta.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Kif iffurmat Filfla u minn fejn ġie isimha? Veru li kien hemm kappella fuq Filfla? Għala din il-gżira kienet tiġbed il-pirati? Kif spiċċat bħala mira għall-bombardamenti fi Żmien l-Ingliżi? Xi…

Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Aktar