Attivita'
Banda Beland b’kunċert marbut mar-Randan

Is-Soċjetà Mużikali Beland Żejtun se ttella’ kunċert annwali marbut maż-żmien tar-Randan.

Il-kunċert se jittella’ nhar is-Sibt, 17 ta’ Marzu fil-Knisja tal-Istitut ta’ Ġesù Nazzarenu, iż-Żejtun.

Matul dan il-kunċert mużiko-letterarju l-Banda Beland ser teżegwixxi diversi siltiet ta’ mużika sagra, partikolarment dik relatata mal-Ġimgħa Mqaddsa, fosthom:

Ave Maria – Astor Piazzolla (Arranġament ta’ J Mortimer) Sopran Claire Caruana

Ave Verum – Camille Saint-Saens (Arranġament ta’ J.Naulais)

Bless The Lord, My Soul – Sergei Rachmannoff (Arranġament ta’ J.Mortimer)

Pavane – Gabriel Faure (Arranġament ta’ J.Naulais)

Largo from ‘XERXES’ – George Frideric Handel

Barra minn hekk, il-Banda Beland ħa twassal lill-udjenza preżenti għadd ta’ marċi funebri tas-Surmast Direttur attwali, Mro Ray Sciberras, kif ukoll dawk miktuba minn ex-surmastrijiet minn bandisti tal-post tal-Banda Beland u oħrajn miktuba minn kompożituri barranin. Mal-Banda tieħu sehem is-Sopran Claire Caruana.

Il-Banda Beland tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro Ray Sciberras FLCM.

Il-Kunċert jibda fis-7pm u d-dħul għalih hu mingħajr ħlas

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjeta Filarmonika “Sliema” se ttella’ Programm Vokali u Mużikali Speċjali biex tiċċelebra l-100 sena Parroċċa. Dan il-Programm Speċjali ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.30 pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna…

Attivita'

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal dawra mal-Port il-Kbir, segwita bi żjara informattiva fil-Forti Sant’Anġlu. Bil-veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet maestużi u l-arkitettura Barokka li jinsabu madwaru,…

Attivita'

Hemm ħafna modi kif bniedem jista jgħin, iferraħ jew isalva ħajja ta’ bniedem ieħor. Borża demm waħda nistgħu nagħmlu d-differenza kbira fil-ħajja ta’ dawk li jistgħu jiġu bżonn . Nhar…

Aktar