Attivita'
Basktijiet ta’ Heritage Malta b’rigali sbieħ għall-ewwel 1,000 student

Mis-Sibt, 22 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 6 ta’ Jannar 2019, l-ewwel elf student/a li se jżuru siti jew mużewijiet ta’ Heritage Malta li jinsabu l-Belt Valletta, jew iċ-Ċittadella f’Għawdex, se jingħataw basket b’rigali sbieħ.

Is-siti ta’ Heritage Malta li jinsabu l-Belt Valletta huma: Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, l-Armerija, Il-Kmamar Statali tal-Palazz, Forti Sant’Iermu li jinkludi wkoll il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, Iċ-Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet, u l-mużew tal-arti MUŻA.

Is-siti ta’ Heritage Malta li jinsabu ċ-Ċittadella huma: il-Mużew tal-Arkeoloġija t’Għawdex, id-Dar Storika tal-Gran Castello, Il-Ħabs l-Antik, u l-Mużew tan-Natura t’Għawdex.

Meta jippreżentaw il-card tal-Heritage Malta, l-istudenti jistgħu jiġu akkumpanjati minn żewġ adulti li wkoll jidħlu bla ħlas fis-siti. L-istudenti għandhom jassiguraw ukoll li jieħdu magħhom il-passaport ta’ Heritage Malta, u li dan jiġi ttimbrat f’kull sit li jżuru minħabba li l-kollezzjoni tat-timbri twassal għal offerti oħra.

L-istudenti qed jiġu mħeġġa biex jużaw il-vaganzi tal-Milied ħalli jżuru dawn is-siti interessanti biex jitgħallmu aktar u jżidu l-apprezzament tagħhom għal ġrajjet pajjiżhom u għall-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn www.heritagemalta.org/passport

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Attivita'

Il-festa popolari u tradizzjonali tal-Imnarja hija spiss assoċċjata ma’ lejl taħt il-kwiekeb fil-Ġonna tal-Buskett. Din id-darba, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistiednek tqatta’ l-lejl tal-festa ta’ San…

Attivita'

Biex issaħħaħ il-mod pożittiv li bih qed tintlaqa’ l-esebizzjoni ‘Behind Closed Doors: Fort St Angelo & the Royal Navy 1906-1979’, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-avveniment ‘Memory Box’ li se…

Aktar