Attivita'
Bazaar fl-Imġarr b’risq volontarji Maltin fil-Kenja

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25 sena mill-ewwel darba li wettqu xogħol missjunarju, fl-1994 ġewwa l-Brażil.

Minn sena għall-oħra jorganizzaw attivitajiet sabiex jinġabru fondi sabiex iwettqu x-xogħol li jkollhom pjanat, jinxtara l-materjal u anke oġġetti li jgħinu lin-nies tal-postijiet li jżuru.

Il-grupp li tiela’ din is-sena huwa kompost minn 5 żgħażagħ flimkien ma’ Fr. Mario Abela u se jwettqu xogħol ġewwa l-Kenja. Wara l-attività tal-bejgħ tal-Christmas logs imiss Bazaar b’risq il-Kenja ġewwa l-Maħżen tal-Festa tal-Imgarr Malta (taħt il-Knisja Parrokkjali) li se jseħħ mill-Ġimgħa 25 ta’ Jannar sal-Ħadd 27 ta’ Jannar. Il-Ġimgħa l-bejgħ jibda mill-4:00pm u s-Sibt u l-Ħadd mit-9:00am sat-tard.

Fil-Bazaar wieħed għandu jsib bosta affarijiet bħal kotba, ħwejjeġ, ornamenti fost affarijiet oħra bi prezzijiet ridotti. Wieħed jista’ wkoll jiltaqa’ ma’ dawn iż-żgħażagħ flimkien ma’ oħrajn li diġà wettqu din l-esperjenza.

Għal aktar informazzjoni u għal attivitajiet oħra mwettqa mill-Amigos tista’ żżur il-Facebook page tagħhom https://m.facebook.com/missions.amigos

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

It-taħdita li se ssir nhar il-Ġimgħa, 26 t’April, fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina, se jkompli mat-tema li ġiet introdotta x-xahar li għadda – dwar speċi aljeni u invażivi. Filwaqt li…

Attivita'

Fl-okkażjoni tal-175 sena minn meta l-Furjana saret Parroċċa kif ukoll il-100 sena mit-twelid tal-artist il-Prof. Emvin Cremona il-parroċċa San Publju b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta ser jorganizzaw akkademja mużiko-letterarja biex…

Attivita'

Il-festa ta’ San Girgor hija avveniment tradizzjonali poplari ħafna mal-Maltin u li ilu jsir mill-1500. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid u fil-bidu kienet tikkonsisti f’pelegrinaġġ minn konfaternitajiet…

Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, flimkien maż-żewġ Għaqdiet Mużikali tal-lokal, ser ikun qed jorganizza ir-reba’ edizzjoni taċ-Cheese and Wine Festival fil-pjazza ewlenija ta’ Ħal Għaxaq nhar is-Sibt 27 ta’ April…

Aktar