Mużika
Beland Music Festival 2018

Wieħed mill-aktar avvenimenti mużikali mistennija f’pajjiżna, mqassam fuq tlett ijiem. Jirritorna l-‘Beland Music Festival’; lura fil-pjazza tas-Suq fiż-Żejtun, bejn l-4 u s-6 ta’ Mejju.

Kollox jibda fit-8pm, b’żewġ gruppi lokali kuljum jikkompetu fil-‘Beland Music Contest’; sostnut minn PRS Malta.

Huma The Travellers, Ruby u Ziggy, Kapitlu 13 u Marmalja; l-artisti fl-ispettakli ewlenin ta’ dan il-festival.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju: Kevin Paul Calleja u Relikc b’mużika live qabel il-kunċert mistenni minn ‘The Travellers’.

Is-Sibt 5 ta’ Mejju: kunċert kbir b’ mużika ‘dance’ mill- popolari Ruby u Ziggy, bis-sehem ukoll tal-artisti lokali Aidan, Lyndsey Pace, Claudia Faniello, Kurt Calleja, Sarah, Joseph Refalo, Maria Spiteri, Julie Pomorski, Kaya u Glen Vella; u Shake Dancers b’ wirjiet oriġinali.

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju: żewġ gruppi Maltin tal-ġeneru Hip-Hop, Kapitlu 13 u Marmalja, b’kunċert live.
Spettakli kbar, b’donazzjoni fl-entratura, f’esperjenza eċċezzjonali għalik!

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-pjanist u kunduttur rinomat Michael Laus f’Teatru Manoel. Fost il-biċċiet li se jinterpreta huma: Joseph Haydn: Andante with Variations in F minor, Hob. 17/6 Franz Schubert: Four Impromptus, D.899 Ludwig van Beethoven: Sonata…

Mużika

Mil-lejla jibda t-tieni festival tal-Accordion. Il-festival se jseħħ fil-Corinthia Palace Hotel fis-19:00 u se jkompli sa għada l-4 ta’ April 2018. Matul il-fetival, se jkun hemm orchestra mill-Ġermanja ddoqq ukoll….

Mużika

L-Għaqda Mużikali Sant’Elena ser torganizza t-tmienja u għoxrin Programm Mużikali Annwali tagħha nhar is-Sibt, 14 ta’ April, 2018, fis-Sala tal-Kulleġġ Santa Tereża, Skola Sekondarja, Mrieħel, fis-7 pm. Dan il-programm, li…

Mużika

Nhar is-Sibt 7 ta’ April il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed ittella’ it-tieni edizzjoni tal-kunċert Suċċessi Maltin fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Dan il-kunċert ser ifakkarna f’diversi fost l-aqwa kanzunetti Maltin…

Aktar