Reliġjon
Bidu tan-Novena tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba.

In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali, segwita minn Quddiesa Kantata.

L-istess programm isegwi tul il-ġranet kollha tan-Novena.

Il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2019.

  • Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu, ix-xbieha pellegrina se tkun qiegħda tintlaqa’ fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat lil Ommna Marija. L-Inkwadru jasal l-Erbgħa 9 t’Ottubru fit-8.00pm, meta…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Reliġjon

Minħabba t-temp mux daqshekk stabbli tal-bieraħ filgħaxija, kellha titħassar il-purċissjoni tas-Salib, hekk magħrufa bħala l-puriċssjoni ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara. Din issa ġiet posposta għal għada l-Ħadd filgħodu, fejn wara l-quddies…

Aktar