Attivita'
Birżebbuġa trid tikser rekord bi slitta mekkanizzata waqt Milied fil-Pjazza

“Milied fil-Pjazza” hija attività mtellgħa mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa u qed issir attività annwali f’dan ir-raħal. Din is-sena ser tittella’ fit-30
ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru.

Il-familji jistgħu jgawdu l-villaġġ tal-Milied; presepju ħaj, Santa’s workshop, wirjiet ta-bambini u tal-presepji, ħidma ta’ pasturi, serati, stalls ta’ affarijiet relatati mal-Milied, diversi tipi ta’ ikel u xorb, u din is-sena qegħdin naħsbu għal xi attrazzjonijiet differenti li ser ikomplu joħolqu atmosfera sabiħa immens.

Din is-sena se jsir rekord differenti mis-snin ta’ qabel. Slitta tal-Milied mekkanizzata. Din is-slitta hija għolja 3.08m, twila 4.5m u 1.85 wiesgħa.

Tikkumplimenta din is-slitta ser ikun hemm ukoll siġra tal-Milied li fiha 2 sulari. Magħhom ser ikun hemm ukoll iċ-ċriev.

Dan kollu sar possibbli peremezz tal-ħidma ta’ diversi volountiera li b’tant dedikazzjoni offrew il-ħin tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Attivita'

The National Library of Malta is hosting the second themed lecture programme covering 2019-2020 entitled ‘POWER, COSTUME & SCENOGRAPHY: Making Fashion a Statement in 18th-19th Century Malta’. This programme is…

Attivita'

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru se ssir il-Quddiesa tal-Milied fit-8pm.  Id-dħul huwa bla ħlas iżda biex wieħed jattendi huwa rrakkomandat li tibbukkja post biex jikseb invit.  …

Attivita'

Għall-ewwel darba fil-President’s Kitchen Garden qed jittella’ Christmas Market bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd 20 u 22 ta’ Diċembru. Diversi ikel, xorb u oġġetti tal-Milied se jkunu għall-bejgħ. Il-qliegħ kollu se…

Aktar