Kultura
Bnadar flok bżieżaq għall-festa ta’ San Duminku fil-Birgu

L-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani l-Birgu, ħabbret li mill-festa ta’ din is-sena 2019 ‘il quddiem, bħala kampanja favur l-ambjent, mhux ħa jintużaw bżieżaq (single use plastic) bħala parti mill-briju waqt il-marċijiet.

Minflok ħa jsiru sett ta’ bnadar tad-drapp li jistgħu jerġgħu jintużaw.

L-għaqda rringrazzjat lill-membri u lill-partitarji kollha, speċjalment lil dawk iż-żgħażagħ li jieħdu ħsieb il-briju tal-marċijiet. Qalet li b’din l-inizjattiva ħa jkunu qed jagħtu kontribut ċkejken b’ messaġġ qawwi favur l-ambjent.

Il-festa ta’ San Duminku ta’ Guzman il-Birgu qed tiġi ċċelebrata matul din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-oriġini tal-festi Maltin imur lura għal nofs is-seklu tmintax. Din it-tradizzjoni baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra, tul iż-żmien. Fir-raħal ta’ Ħal Luqa, il-festa ad unur il-patrun Sant’ Andrija hija…

Kultura

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, Gudja se ttella’ l-kunċert Factus Obidiens Usque Ad Mortem. Il-kunċert se jittella’ fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Santa Marija nhar il-Ħadd, 7 t’April fis-6.30pm. Se jieħdu sehem…

Kultura

Il-Karnival fil-Marina llum sar imfittex ħafna fiż-żona ta’ Marsamxett, fejn bosta huma dawk li jgħixu fiż-żoni ta’ Tas-Sliema, Gżira, Msida, Pieta’ u naturalment Ta’ Xbiex, li jżuru dan il-Karnival. Din…

Kultura

Għalkemm nafu nemmnu li l-antenati antiki tagħna kienu differenti ħafna minna, il-bżonnijiet fundamentali fiżjoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom aktarx kienu pjuttost simili. Dan hu mfassal b’mod grazzjuż fl-istatwetta preistorika li turi…

Aktar