Ċans biex iżżur b’xejn it-Tempji ta’ Ħaġrat u Skorba

Nhar il-Ħadd li ġej, Heritage Malta se tkun qed torganizza open day fi Skorba u t-Tempji Ta’ Ħaġrat. Dawn iż-żewġ siti jiffurmaw parti mill-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO minħabba l-valur arkeoloġiku tagħhom u għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-għarfien tal-preistorja Maltija.

Skorba tinsab iż-Żebbiegħ fil-limiti tal-Imġarr, Malta. Dan is-sit huwa uniku peress li jipprovdi evidenza kruċjali relatata mal-aspett domestiku tal-bniedem preistoriku, primarjament permezz tas-sejba ta’ fdalijiet ta’ numru ta’ għerejjex li ntużaw mill-bennejja tat-tempji. Uħud mill-istrutturi ġewwa das-sit jmorru lura iżjed mill-Perjodu tat-Tempji (jiġifieri qabel it-3600 QK), u għalhekk jitqiesu bħala fost l-eqdem strutturi mibnija fil-gżejjer Maltin.

Is-sit arkeoloġiku Ta’ Ħaġrat jinsab l-Imġarr, Malta, u jikkonsisti minn żewġ tempji. It-tempju prinċipali jmur lura għall-fażi tal-Ġgantija (3600 – 3200 QK) u huwa magħruf għad-daħla u l-faċċata maestużi tiegħu.

Tagħrif dwar iż-żjarat bi gwida:

– Skorba: fil-11.30am (bil-Malti) u fit-3:00pm (bl-Ingliż)

– Tempji Ta’ Ħaġrat: fl-10.00am (bil-Malti) u fis-1.30pm (bl-Ingliż).

Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9.00am sal-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm)

Dħul bla ħlas fiż-żewġ siti.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit ta’ Heritage Malta fuq www.heritagemalta.org

 

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Reliġjon

Il-Wirja Ġrajjiet il-Fidwa, li din is-sena tagħlaq għoxrin sena minn meta bdiet titella’, hija waħda mill-wirjiet stabbiliti. Din qegħda titella’ ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali fi Triq San Ġużepp l-Isla, u…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Reliġjon

Dramm li qed jitella’ fi żminiejiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Mairja fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba u li kull sena ikollu fiħ xi…

Aktar