Attivitajiet Kulturali
Ċans biex tara x-xemx tielgħa fl-ewwel jum tas-sajf mill-Imnajdra

Heritage Malta qiegħda toffri l-opportunità lill-pubbliku biex jagħti merħba lill-ewwel raġġi tas-sajf mit-Tempji tal-Mnajdra fil-Qrendi nhar is-Sibt, 20 ta’ Ġunju.

Mas-sebħ, fl-ewwel ġurnata tas-sajf, ix-xemx tidher tiela’ b’allinjament partikolari ma’ dawn is-siti. Għalkemm mhux magħruf b’ċertezza jekk dawn l-orjentazzjonijiet humiex intenzjonali, tant huma sistematiċi li huwa pjuttost probabbli.

F’soċjetajiet preistoriċi agrikoli, l-osservazzjoni tal-movimenti tal-istilel, il-qamar u x-xemx setgħu kienu relatati mat-tibdil tal-istaġuni u maż-żmien taż-żriegħ u l-ħsad tal-ħxejjex.

Il-postijiet huma limitati, u l-biljetti jiswew €25 kull persuna, €15 għal membri ta’ Heritage Malta.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw online, inkella mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta li se jkunu miftuħa dax-xahar fi tmiem il-ġimgħa: Forti Sant Iermu, Forti Sant’Anġlu, it-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra, dawk ta’ Ħal Tarxien u l-Ġgantija, u l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

Sadanittant, xandira diretta tas-Solstizju tas-Sajf li se tiġi ppreżentata minn Ħaġar Qim, se tibda fis-5.45am fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Heritage Malta. Ix-xandira diretta li se tkun bl-Ingliż b’sottotitli bil-Malti, se tkun qed tifforma parti mill-programm tal-European Archaeology Days li ser isiru bejn id-19 u l-21 ta’ Ġunju 2020.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Bħala Mużew Nazzjonali tal-Arti u tal-komunità, MUŻA regolarment joħloq attivitajiet differenti li jwasslu għarfien ġdid filwaqt li joħolqu interess fil-viżitaturi ġodda. Nhar is-Sibt, 1 t’Awwissu, Heritage Malta qiegħda tistieden studenti…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, se jkun qed isir l-ispettaklu tad-Diamonds of Fire. Dan l-avveniment se jkun qed jittella’ f’Bormla, is-Sibt, 7 ta’ Diċembru…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid flimkien mal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola reġgħu ngħaqdu biex jippreżentaw edizzjoni oħra tal-attività festiva “F’Casal Paola fi Pjazza Antoine De Paule – Lejla…

Aktar