Mużika
Ċans għall-mużiċisti f’Malta u Għawdex biex itejbu l-ħiliet tagħhom

Matul il-jiem li ġejjin, ser ikunu organizzati masterclasses minn tnejn mill-aqwa mużiċisti Ingliżi, ġewwa l-Każin tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara, kif ukoll fil-każin tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja tan-Nadur Għawdex.

Il-kurunettista Paul Thomas se jkun qed joffri master classes lill-mużiċisti li jdoqqu strumenti tar-ram waqt li l-klarinettista David White se jkun qed joffri master classes lill-istudenti tal-istrumenti tal-qasba.

Din l-opportunità hija miftuħa għall-mużiċisti minn madwar Malta u Għawdex sew dawk li huma f’livell avvanzat kif ukoll dawk li m’ilhomx ħafna involuti f’dan il-qasam, sabiex ikomplu jtejbu l-għarfien mużikali tagħhom f’dik li hija prattika.

Għaldaqstant, il-programm tal-lezzjonijiet huwa kif ġej:
Il-Ħamis 14 ta’ Settembru fil-5pm fil-Każin tal-Banda Mnarja minn Paul Thomas għall-istudenti tar-ram.
Il-Ħamis 14 ta’ Settembru fil-5pm fil-Każin tal-Banda Sant’Elena minn David White għall-istudenti tal-qasba
Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru fil-5pm fil-Kazin tal-Banda Mnarja se jsiru żewġ sessjonijiet minn Paul Thomas u David White fi swali differenti għaż-żewġ sezzjonijiet ta’ strumenti.
Is-Sibt 16 ta’ Settembri fid-9am fil-Każin tal-Banda Sant’Elena minn Paul Thomas għall-istudenti tar-ram.
It-Tnejn 18 ta’ Settembru fil-5pm fil-Każin tal-Banda Mnarja se jsiru żewġ sessjonijiet minn Paul Thomas u David White fi swali differenti għaż-żewġ sezzjonijiet ta’ strumenti.
It-Tlieta 19 ta’ Diċembru fil-5pm se ssir sessjoni minn Paul Thomas għall-istudenti tar-ram fil-Każin tal-Banda Mnarja waqt li fil-Każin tal-Banda Sant’Elena David White se jagħmel sessjoni lill-istudenti tal-qasba.
L-Erbgħa 20 ta’ Settembru fil-5pm se ssir l-aħħar sessjoni fil-Każin tal-Banda Mnarja minn David White għall-istudenti tal-qasba.
Il-Ħamis 21 ta’ Settembru, fid-9am se jsiru żewġ sessjonijiet għall-istudenti tal-qasba u tar-ram fi swali differenti minn David White u Paul Thomas ġewwa l-Każin tal-Banda Sant’Elena f’Birkirkara.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal dawn il-masterclasses u dawk kollha interessanti għandhom ikunu fil-każini rispettivi ftit ħin qabel ma’ dawn is-sessjonijiet jibdew. Kull min jattendi għandu jieħu l-istrument miegħu. Għal aktar informazzjoni u biex tirriservaw post tistgħu ċċemplu fuq 77468248.

Dan il-proġett huwa finanzjat mill-fond VOPS li hu immaniġjat mill-Kunsill Malti għall-Volontarjat taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, u Għaqdiet Volontarji.

Aħbarijiet Oħra
Mużika, Reliġjon

Matul is-sena 2018 ir-raħal taż-Żurrieq ser ikun qiegħed jiċċelebra bil-kbir tlett anniversarji importanti fl-istorja tiegħu.  Il-200 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ Santa Katarina V.M., xogħol l-istatwarju Marjanu Gerada, l-400 sena…

Mużika

Nhar Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru fis-7pm Fis-Sala ta’ fuq fil-Każin tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own sr issir taħdita fuq  ‘Erba’ Sekli ta’ Stili Differenti ta’ Mużika,’ bħala parti mil-iskema…

Mużika

L-oratorjo magħruf  ‘Pawlu ta’ Malta’ se jerġa’ jiġi ppreżentat nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fil-katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, fit-8.00pm. ‘Pawlu ta’ Malta’ għandu mużika tal-Mro. Professur Charles Camilleri…

Mużika

Appuntament fil-kalendarju bandistiku Malti, huwa l-kunċert annwali, mill-Banda Sant`Andrija taħt id-direzzjoni ta’ Mro.Michael Pulis fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Sant’ Andrija li tiġi ċċelebrata fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa.  Din is-sena…

Aktar