Attivita'
Ċans għat-tfal biex jiċċelebraw Jum il-Libreriji 2019 b’għadd ta’ attivitajiet

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha mimlija attivitajiet fuq tema multikulturali: qari b’lingwi differenti, żfin u ikel minn madwar id-dinja u logħob għal etajiet varji. Dħul huwa b’xejn.

PROGRAMM:

09:30: ”Hello! / Merħba!’ logħba għal etajiet varji.

10:00 – 12:00: Crafts, sessjonijiet edukattivi u ikel minn madwar id-dinja preparat mill-Migrant Women Association Malta u voluntiera ta’ Malta Libraries.

10:00 – 11:00: Sessjoni ta’ Qari bil-Malti Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories (etajiet 4-7) f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ġewwa l-librerija taż-żgħar.

11:00 – 12:00: Sessjoni ta’ Qari bl-Ingliż għaċ-ċkejknin organizzata minn Malta Libraries ġewwa l-librerija taż-żgħar.

12:00 – 12:30: Żifniet minn madwar id-dinja! Nitgħallmu passi flimkien maż-żeffiena fil-librerija taż-żgħar.

12:30 – 14:00: Donazzjoni uffiċjali ta’ kotba b’lingwi differenti u Networking Session marbuta mal-proġett pilota ‘Multicultural Library’ ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali bil-parteċipazzjoni ta’ diversi ambaxxati, UNHCR Malta u kollaboraturi varji.

14:00: Ċerimonja tat-Te u Logħob Tradizzjonali Ċiniż fl-ewwel sular organizzata miċ-China Culture Centre Malta.

14:30: Qari biċ-Ċek u sessjoni konsultattiva ġewwa l-librerija taż-żgħar minn Milan Haluška.

15:00: Qari ta’ Stejjer biċ-Ċiniż u l-Ingliż ġewwa l-librerija taż-żgħar organizzat miċ-China Culture Centre Malta.

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-paġna https://www.facebook.com/events/305435083464517/

jew tibgħat email lil [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar