Attivita'
Ċans li tara wirja ta’ vetturi antiki tal-Korp tal-Pulizija

Għada t-Tlieta, 2 ta’ Lulju 2019, fl-għaxra ta’ filgħodu, se jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet b’rabta mal-205 anniversarju mit-Twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, b’kunċert mużikali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija ġewwa Pjazza Ħelsien, il-Belt Valletta, wirjiet mill-Precision Drill Team u t-Taqsima tal-Klieb u kif ukoll esebizzjoni ta’ vetturi antiki u moderni użati mill-Pulizija.

It-tfal li se jkunu preżenti għal din l-attività se jkollhom l-opportunità li jirkbu fuq iż-żwiemel tal-Kavallerija u fuq mutur tat-Traffiku.

Waqt din l-attività se jkun hemm ukoll sessjoni ta’ informazzjoni dwar sejħiet ta’ reklutaġġ kurrenti.

Fil-ġranet ta’ wara, f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, se jittellgħu kunċerti mill-Banda tal-Pulizija, sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar sejħiet ta’ reklutaġġ u wirjiet mill-Precision Drill Team u t-Taqsima tal-Klieb:

L-Imdina fit-3 ta’ Lulju;
Tas-Sliema fil-5 ta’ Lulju;
Marsaskala fit-8 ta’ Lulju;
Buġibba fit-13 ta’ Lulju;
Marsalforn, Għawdex fil-15 ta’ Lulju.

Iż-żwiemel tal-Kavallerija u mutur tat-Traffiku se jkunu preżenti waqt dawn l-attivitajiet li jibdew fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija , filwaqt li f’Għawdex, l-attività tibda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija.

Il-Ħadd 7 ta’ Lulju, fid-disgħa ta’ filgħodu se tiġi ċċelebrata quddiesa ġewwa l-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata u wara jsir it-tqegħid ta’ kuruni fuq il-qabar tal-Korp.

Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet jintlaħaq il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju, fejn fid-disgħa ta’ filgħodu ser issir Quddiesa Solenni ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta segwita minn wirja mużikali mill-Banda tal-Korp u l-Precision Drill Team fi Pjazza San Ġorġ u kif ukoll parata mill-Gwardja tal-Unur akkumpanjata mill-istess banda.

Dakinhar, il-Gwardja tal-Unur ser tkun qed tispara Feu de Joie.

Il-pubbliku flimkien mal-membri tal-istampa huma mħeġġa sabiex jattendu għal dawn l-attivitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar