Attivita'
Ċans li tqatta’ lejl mhux tas-soltu f’Għar Dalam

Il-festa popolari u tradizzjonali tal-Imnarja hija spiss assoċċjata ma’ lejl taħt il-kwiekeb fil-Ġonna tal-Buskett. Din id-darba, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistiednek tqatta’ l-lejl tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl ġewwa s-sit preistoriku ta’ Għar Dalam f’Birżebbuġa fejn tista’ wkoll tipparteċipa fi żjarat kurjużi ta’ siti arkeoloġiċi u storiċi li jinsabu fil-madwar, filwaqt li dduq ikel Malti.

Dan l-avveniment jista’ jitgawda mill-familja kollha u se jinkludi żjarat fis-siti ta’ Borġ in-Nadur, Għar Dalam, il-fdalijiet tal-villa Rumana magħrufa bħala Ta’ Kaċċatura, u kif ukoll Casa Ippolito.

Wara dawn iż-żjarat, il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jorqdu taħt l-istilel biswit Għar Dalam li hu l-aktar sit antik preistoriku li hawn f’Malta, inkella fil-mużew imdawwrin b’għadd ta’ għadam kbir ta’ annimali preistoriċi li ġew skavati proprju f’dan l-għar.

Il-parteċipanti għandhom jilbsu ħwejjeġ adattati u jġibu magħhom xi saqqu, sleeping bag jew tinda żgħira.

Biljetti: €30 adulti, €25 anzjani, studenti u tfal, €20 Membri ta’ Heritage Malta. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, jew online.

Dan l-avveniment se jibda fis-7.00pm nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju u jintemm bejn wieħed u ieħor fid-9.00am, is-Sibt 29 ta’ Ġunju.

Għal aktar tagħrif, żur is-sit www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għall-ewwel darba f’Malta, il-qniepen ta’ diversi knejjes fil-Kottonera se jindaqqu b’mod koordinat u se jinstemgħu mat-toroq tat-Tliet Ibliet. Id-daqq tal-moti mill-qniepen tal-knejjes tal-madwar tal-Kottenera se jiġi koordinat b’mod li joħloq…

Attivita'

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie magħżul minn Transport Malta biex jorganizza n-National Car Free Day 2019. Din l-attività ser titella’ fi Triq Ħompesch nhar il-Ħadd 22 ta’ Settembru, 2019 mit-8:00 sal-16:00….

Attivita'

BirdLife Malta’s ornithologists and birders have been studying bird migration with the help of bird ringing and satellite tagging for many years. This is the way to learn about birds,…

Attivita'

The Chinese Moon Festival is China’s second most important traditional celebration and is determined by astronomical observations of the sun’s longitude and the moon’s phases. Owing to the moon’s symbolic…

Aktar