Attivita'
Ċans li żżur il-kollezzjoni ta’ pjanti u insetti fl-Imdina

Nhar il-Ħadd, 9 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed torganizza Open Day fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, l-Mdina, fejn il-pubbliku hu mistieden iżur il-mużew u jieħu sehem fl-attivitajiet li se jsiru matul il-ġurnata.

Fl-10.00am, il-Kuratur Anzjan, John J Borg, se jippreżenta taħdita ta’ siegħa dwar l-Istorja tal-Mużew tal-Istorja Naturali. Din id-diskussjoni se tiġi segwita bi żjara fil-Kollezzjoni tal-Pjanti u l-Insetti. Din iż-żjara se tkun riservata għall-ewwel 20 persuna li se jiġbru l-biljett mir-reception tal-mużew.

F’nofsinhar u fit-3.00pm, il-pubbliku se jkun jista’ jipparteċipa wkoll fl-attività tematika u edukattiva ‘ARTi u Baħar’. Din l-attività se tikkumplimenta l-esebizzjoni dwar il-ħajja tal-baħar li tinsab fis-Sala tal-Attivitajiet tal-mużew.

L-Open Day tinkludi wkoll żjara tal-kollezzjonijiet bijoloġiċi li se ssir fis-2.00pm. Din iż-żjara se tkun riservata għall-ewwel 20 persuna li se jiġbru l-biljett mir-reception tal-mużew.

Dħul bla ħlas.

Ħin: Mid-9.00am sal-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm)

Għal aktar informazzjoni, żur www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar