Irkant
Ċans tad-deheb li tixtri bix-xejn għamara antika b’risq il-Malta Community Chest Fund

Għandek ċans tad-deheb li tixtri bi ftit flus għamara antika u fl-istess waqt tkun qed tgħin lil min hu fil-bżonn. 

Dan għax fi tmiem il-ġimgħa li ġej u ta’ wara, fl-ex Trade Fair Grounds, in-Naxxar, se jkunu qed jinbiegħu iktar minn 300 biċċa għamara antika li l-qligħ minnhom se jmur b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.  

Il-prezz tal-għamara għall-bejgħ ivarja bejn l-€10 u l-€200.  Parkeġġ mhux problema.  Iktar tagħrif jista’ jinkiseb bit-telefown fuq 21226226.

Aħbarijiet Oħra
Aktar