Attivita'
Ċans uniku li żżur il-katakombi Ta’ Mintna

Nhar il-Ħadd, 12 ta’ Mejju, Heritage Malta se tiftaħ il-katakombi Ta’ Mintna fl-Imqabba bil-prezz imraħħas ta’ €2. Dan is-sit mhux soltu li jkun miftuħ għall-pubbliku u l-aċċess għalih isir b’appuntament.

Għalkemm żgħar, it-tliet katakombi Ta’ Mintna huma mogħnija b’karatteristiċi partikolari ferm li rarament tarahom f’postijiet oħra. Dawn jinkludu ħofor trijangulari għall-lampi, niċeċ imżejjna b’disinji sbieħ forma ta’ arzell, kolonni mnaqqxa, u wieħed mill-aktar triclinia preservati li jinsabu fil-katakombi Maltin.

Iż-żjarat se jsiru kull nofs siegħa u jibdew mid-9.00am (l-aħħar żjara f’nofsinhar). L-avveniment jintemm fis-1.00pm.

Aktar tagħrif jinkiseb minn www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Friday 9th August Pjazza Teatru Rjal presents the third edition of Notte Italiana. It has become somewhat of a tradition that we usher in the month of August with…

Attivita'

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Attivita'

Fis-26 ta’ Lulju, fiċ-Ċittadella, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, se jikkommemora l-Assedju ta’ Għawdex 1551  bi dramm. Id-dramm imqassar tal-Isqof Ġużeppi Cauchi ”Jasar u Fidwa”…

Aktar